Bibien Miftuħa 2026: Skopri l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fis‑17 ta’ Ottubru 2026, mis‑14:00 sas‑18:00, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se torganizza l-avveniment annwali tagħha, Bibien Miftuħa. Viżitaturi ta’ kull età u minn kull sfond jistgħu jesploraw il-Qorti tal-Ġustizzja, jiskopru l-binjiet tagħha u jitgħallmu iktar dwar kif taħdem.
Esplora l-Qorti tal-Ġustizzja bil-pass tiegħek jew ipparteċipa fi żjara ggwidata. F’kull każ, jkollokx l-opportunità ta’ ħarsa minn wara l-kwinti tax-xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja u tan-nies li jagħmlu dan possibbli.
Il-familji jistgħu jżuru ż-Żona għat-Tfal, fejn il-viżitaturi żgħar jistgħu jgawdu attivitajiet iddisinjati apposta għalihom. Għaż-żgħażagħ u l-adulti żgħażagħ, il-Bibien Miftuħa huwa wkoll opportunità biex jiskopru l-firxa wiesgħa ta’ professjonijiet irrappreżentati fil-Qorti tal-Ġustizzja u biex jiksbu idea ta’ karrieri possibbli għall-futur.
Żjarat iggwidati huma disponibbli f’firxa ta’ lingwi, li jirriflettu n-natura multilingwi tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Titlifx din l-opportunità biex tidħol ġewwa l-Qorti tal-Ġustizzja u tiskopri x’jiġri fil-qalba tad-dritt tal-Unjoni!
Għal iktar informazzjoni, żur is-sit internet Bibien Miftuħa tagħna.
