Seduta: Kawżi magħquda C 287/25, C 288/25 u C 289/25 OPmobility u Société Générale

It-Tlieta 15 ta’ Settembru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja se tisma’ l-Kawżi magħquda C‑287/25, C‑288/25 u C‑289/25 OPmobility u Société Générale.

Dawn il-kawżi jirrigwardjaw skema Franċiża ta’ integrazzjoni fiskali, li tipprekludi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-profitti u t-telf tas-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea meta jiġu ddeterminati l-profitti taxxabbli tal-grupp. Ċerti sussidjarji mhux residenti tal-gruppi Franċiżi mmexxija minn OPmobility u Société Générale ġarrbu telf fiskali. Il-kumpanniji argumentaw li dak it-telf huwa finali u għalhekk għandu jkun jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni, iżda din it-talba ġiet miċħuda.

Il-Kunsill tal-Istat Franċiż talab lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddeċiedi dwar jekk dawn ir-regoli humiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, inkluż mal-libertà tal-istabbiliment.

Is-seduta ser tkun disponibbli fit-taqsima Curia Web TV tas-sit internet tagħna wara li tkun intemmet.

Fil-video li ġej, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawżi u l-kwistjonijiet ġuridiċi inkwistjoni.