Digriet: Kawża C-460/26 R Il-Polonja vs Il-Kunsill
It-Tlieta, 29 ta’ Settembru 2026, il-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja ta digriet fil-Kawża C-460/26 R Il-Polonja vs Il-Kunsill.
F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja qed teżamina d-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim kummerċjali interim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Mercosur.
In-negozjati bejn l-Unjoni u l-Mercosur irriżultaw f’żewġ strumenti legali paralleli:
- ftehim ta’ sħubija komprensiv li jgħaqqad flimkien id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-kummerċ
- ftehim kummerċjali interim, li jiffoka primarjament fuq il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-investiment, li ġie applikat proviżorjament mill-1 ta’ Mejju 2026
Il-Polonja tikkunsidra li d-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-applikazzjoni provviżorja tal-ftehim kummerċjali interim hija illegali u għalhekk talbet lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tannullaha. Madankollu, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-azzjoni tagħha, il-Polonja talbet ukoll li l-eżekuzzjoni ta’ dik id-deċiżjoni tiġi sospiża.
Fil-video qasir li ġej, Irmantas Jarukaitis, il-President tal-Awla fil-Qorti tal-Ġustizzja, jispjega d-digriet mogħti f’din il-kawża bil-Pollakk. Is-sottotitoli huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu attivati billi tikklikkja fuq l-ikona “Sottotitoli”.
Tista’ tikkonsulta wkoll l-istqarrija għall-istampa għal iktar informazzjoni.
