Żjara minn Alexander Stubb, il-President tal-Finlandja
Nhar it-Tlieta, id-29 ta’ Settembru 2026, l-Eċċellenza Tiegħu, is-Sur Alexander Stubb, Il-President tar-Repubblika tal-Finlandja, akkumpanjat minn delegazzjoni presidenzjali, żar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Il-President Stubb intlaqa’ minn Koen Lenaerts, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien mal-Membri tal-Istituzzjoni mill-Finlandja: Niilo Jääskinen, Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja, flimkien ma’ Heikki Kanninen u Tuula Pynnä, Imħallfin tal-Qorti Ġenerali.
Wara xi osservazzjonijiet mill-President Lenaerts, il-President Stubb indirizza lill-udjenza fil-“Helvi Sipilä Reception Area” fid-dħul tat-Torri Rocca, li ssemma f’ġieħ waħda mill-ewwel nisa li pprattikaw bħala avukat fil-Finlandja u li hija s-simbolu tal-ġlieda għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-pajjiż tat-twelid tagħha.
Din iż-żjara ġiet konkluża b’laqgħa mal-membri tal-persunal Finlandiżi tal-Qorti tal-Ġustizzja.
