Andria Buhagiar

Imħallef

Bijografija

Imwielda fl-1979 f’Ħ’Attard (Malta), Andria Buhagiar studjat fl-Università ta’ Malta, fejn kisbet diploma ta’ baċellerat fid-dritt u fil-filosofija (B.A.) fl-2000, dottorat fid-dritt (LL.D.) fl-2003, u sussegwentement Magister Juris (M. Jur.) fid-dritt tal-Unjoni Ewropea u fid-dritt komparattiv fl-2004.

Ammessa fil-kamra tal-avukati f’Malta fl-2004, A. Buhagiar bdiet il-karriera professjonali tagħha fl-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni Ġusta, fid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni tal-Ministeru Malti għall-Kompetittività u għall-Komunikazzjoni, fejn ħadmet sal-2007.

Mill-2007 sal-2019, hija okkupat il-kariga ta’ konsulent legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali Malti. F’dan il-kuntest, hija kienet, b’mod partikolari, aġent ta’ Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u rrappreżentat lill-Gvern Malti f’diversi proċeduri quddiem din il-qorti. Hija pparteċipat ukoll, fil-kuntest tal-karigi tagħha, fir-rappreżentanza tal-Gvern quddiem il-qrati Maltin f’tilwim li jikkonċerna d-dritt tal-Unjoni.

B’mod parallel, mill-2008 sal-2012, hija għallmet id-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u d-dritt tal-proprjetà intellettwali fl-Università ta’ Malta bħala lettriċi mistiedna u pparteċipat fil-bord tal-eżaminaturi tat-teżijiet fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni.

Fl-2020, A. Buhagiar inħatret Viċi Avukat tal-Istat. Fl-eżerċizzju tal-karigi tagħha, hija kienet b’mod partikolari l-konsulent legali ewlieni tal-Gvern Malti dwar id-dritt tal-Unjoni u aġent ta’ Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Fl-istess ħin, A. Buhagiar kienet tagħmel parti mill-Kumitat għall-Avukati u Prokuraturi Legali ta’ Malta. F’dik il-kapaċità, hija pparteċipat fl-eżami ta’ kwistjonijiet relatati mal-organizzazzjoni u mal-eżerċizzju tal-professjoni legali, kkontribwiet għal riflessjonijiet dwar standards etiċi u professjonali applikabbli għall-prattikanti legali u ħadet sehem fix-xogħlijiet għall-promozzjoni tal-funzjonament tajjeb tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja kif ukoll tal-konformità mal-istandards professjonali. Hija okkupat dawn il-karigi sal-2026.

Hija nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Ottubru 2026.