Ivan Stoynev

Imħallef

Bijografija

Imwieled fl-1981 f’Sofija (il-Bulgarija), Ivan Stoynev kiseb, fl-2005, master fid-dritt mis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija). Huwa kompla l-istudji tiegħu fl-Université Paris-Panthéon-Assas (l-Università Paris-Panthéon-Assas, Franza), fejn kiseb, fl-2007, master u, sussegwentement, fl-2011, dottorat fid-dritt tal-Unjoni Ewropea.

I. Stoynev beda l-karriera professjonali tiegħu fl-2008 bħala ġurista ta’ impriża. Mill-2013 sal-2026, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-kamra tal-avukati ta’ Sofija (il-Bulgarija).

Fl-istess ħin, I. Stoynev beda wkoll karriera universitarja. Mill-2013 sal-2018, huwa kien lettur u riċerkatur, b’mod partikolari fid-dritt tal-Unjoni Ewropea, fis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski”, fejn, mill-2018, huwa kien lettur anzjan awtorizzat jidderieġi riċerka f’dan il-qasam.

Dejjem fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu marbuta mat-tagħlim, mill-2018 sal-2022 huwa kien responsabbli għall-programm tal-master internazzjonali “Dritt tal-Unjoni Ewropea”, organizzat b’mod konġunt mis-Centre européen universitaire de l’université de Lorraine (iċ-Ċentru Ewropew Universitarju tal-Università ta’ Lorraine) u mis-Sofiyski universitet “Sveti Kliment Ohridski“. Fl-2019, fi ħdan din tal-aħħar, sar President tal-Kummissjoni ta’ Esperti fix-Xjenzi Soċjali, Ekonomiċi u Legali. Mill-2021 sal-2026, għallem il-Franċiż Legali fl-Institut français de Bulgarie (l-Istitut Franċiż tal-Bulgarija). Mill-2024 sal-2026, huwa kien espert nazzjonali fl-Aġenzija Nazzjonali għall-Evalwazzjoni u għall-Akkreditazzjoni, responsabbli għar-rikonoxximent ta’ diplomi ta’ edukazzjoni ogħla fid-dritt miksuba barra mill-pajjiż.

I. Stoynev huwa l-awtur ta’ diversi kotba u pubblikazzjonijiet legali fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-dritt tal-kompetizzjoni, tas-suq intern u tad-dritt tal-enerġija.

I. Stoynev inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fis-7 ta’ Ottubru 2026.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

Segretarju Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Bulgara tad-dritt internazzjonali.

Membru tal-bord tal-amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni Bulgara tal-Kompetizzjoni

Membru tal-kumitat editorjali tar-rivista Advokatski pregled

Titoli u onorifiċenzi

Kavallier tal-Ordre des Palmes académiques, maħtur mill-Ministeru tal-Edukazzjoni Nazzjonali u taż-Żgħażagħ tar-Repubblika Franċiża(2023)