Finali tal-Konkors tal-Avukati Żgħażagħ Ewropej tal 2026
Il-Finali tal-Konkors tal-Avukati Żgħażagħ Ewropej tal‑2026 ser issir nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Ottubru, fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Organizzat mill-Akkademja tad-Dritt Ewropew, il-konkors ilaqqa’ flimkien avukati żgħażagħ minn madwar l-Ewropa li għadhom jiggradwaw sabiex isiru jafu iżjed id-dritt tal-Unjoni u jitgħallmu japplikawh fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Iservi wkoll ta’ opportunità għall-parteċipanti sabiex jingħataw feedback minn professjonisti esperjenzati u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom bħala avukati.
F’timijiet ta’ konkorrenti minn pajjiżi Ewropej differenti, il-parteċipanti huma sfidati japplikaw id-dritt tal-Unjoni għal xenarji prattiċi ta’ simulazzjoni u jħaddmu flimkien kulturi legali differenti. Il-kompetizzjoni tkopri firxa ta’ oqsma, inkluż id-dritt diġitali, l-istrateġija tad-data, l-intelliġenza artifiċjali, id-dritt ekonomiku, kwistjonijiet ċivili u kummerċjali transkonfinali u l-ġustizzja kriminali. Hija tikkonsisti f’rapport bil-miktub, difiża orali, taħriġ fil-litigazzjoni u eżerċizzju ta’ negozjati.
Il-finali tikkonsisti f’moot court fil-Qorti Ġenerali, fejn l-ewwel żewġ timijiet jirrappreżentaw partijiet avversarji fi studju ta’ każ jew suġġett partikolari. Ser jittrattaw quddiem ġurija magħmula minn Imħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u professjonisti legali oħra.
Il-moot court u ċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet ser tixxandar live u wieħed jista’ jarahom fi:
- it-taqsima Curia Web TV ta’ dan is-sit internet
Għal iktar informazzjoni dwar il-konkors, inkluż informazzjoni dwar kif wieħed jista’ jipparteċipa, żur is-sit internet tal-Konkors tal-Avukati Żgħażagħ Ewropej.
