Seduta: Kawża C-474/25 Medienanstalt Berlin-Brandenburg

Nhar it-Tlieta, 3 ta’ Novembru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tisma’ l-Kawża C-474/25, Medienanstalt Berlin-Brandenburg.

Awtorità Ġermaniża li tirregola l-media ddeċidiet li, skont id-dritt Ġermaniż, fornitur ta’ servizz ta’ steaming ta’ awdjo li jkun stabbilit x’imkien ieħor fl-Unjoni kien meħtieġ jagħmel ċerta informazzjoni dwar it-trasparenza faċilment identifikabbli, direttament aċċessibbli u konstantament disponibbli fuq l-applikazzjonijiet tiegħu. Il-fornitur ikkontesta dan ir-rekwiżit billi argumenta li jmur kontra l-prinċipju ta’ “pajjiż ta’ oriġini” taħt id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku u huwa inkompatibbli mal-Att dwar is-Servizzi Diġitali.

Qorti Ġermaniża staqsiet lill-Qorti tal-Ġustizzja jekk id-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku u l-Att dwar is-Servizzi Diġitali jipprekludux regoli nazzjonali li jeħtieġu li fornituri ta’ servizzi intermedjarji tal-media stabbiliti fi Stat Membru ieħor jagħmlu ċerta informazzjoni dwar it-trasparenza aċċessibbli fuq l-applikazzjonijiet tagħhom.

Din is-seduta ser tkun disponibbli fit-taqsima Curia Web TV tas-sit internet tagħna wara li tintemm.

Fil-video li ġej, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawża u l-kwistjonijiet ġuridiċi inkwistjoni.