Preżentazzjoni tal-membri

  • Koen Lenaerts

    President

    Bijografija

    Imwieled fl‑1954 f’Mortsel (il-Belġju), Koen Lenaerts kiseb diploma fid-dritt fl‑1977 fil-Katholieke Universiteit Leuven (l-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju) qabel kompla l-istudji tiegħu fil-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti). Fejn huwa kiseb it-titoli ta’ Master of Laws fl‑1978 u ta’ Master in Public Administration fl‑1979. Lura fil-Katholieke Universiteit Leuven, huwa kiseb dottorat fid-dritt fl‑1982.

    Kien f’din l-istess università li beda l-karriera professjonali tiegħu fl‑1979 bħala assistent, imbagħad professur tad-dritt Ewropew fl‑1983. Matul il-karriera akkademika tiegħu, huwa għallem ukoll fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) mill‑1984 sal‑1989, kif ukoll fil-Harvard Law School (il-Fakultà tal-Liġi ta’ Harvard, l-Istati Uniti), bħala professur mistieden, fl‑1989.

    K. Lenaerts daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef René Joliet, kariga li okkupa mill‑1984 sal‑1985, qabel ma pprattika l-professjoni ta’ avukat mill‑1986 sal‑1989 mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell.

    Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej fil‑25 ta’ Settembru 1989, il-jum li fih ġiet stabbilita din il-qorti li kienet għadha kemm inħolqot. Huwa qeda dmiru f’din il-kariga għal iktar minn erbatax‑il sena, qabel ma’ nħatar Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2003. Huwa ġie fdat minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla matul żewġ mandati suċċessivi, mid‑9 ta’ Ottubru 2006 sat‑8 ta’ Ottubru 2012, imbagħad il-kariga ta’ Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja fid‑9 ta’ Ottubru 2012.

    Huwa ġie elett President tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2015 u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Academia Europaea, Londra (ir-Renju Unit)

    Membru tal-Advisory Council tal-British Institute of International and Comparative Law

    Membru tal-Advisory Board tas-Centre of Law and Governance in Europe, University College Londra

    Membru tal-Conseil de la Fondation de l’Académie de Droit européen (ERA), Trier (il-Ġermanja)

    Membru tal-Curatorium tal-Max-Planck-Institut für ausländisches öffentliches Recht und Völkerrecht, Heidelberg (il-Ġermanja)

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Europarecht

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-European Law Review

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-International Comparative Jurisprudence, Mykolo Romerio universitetas

    Membru tal-Kumitat Editorjali tas-S.E.W. Tijdschrift voor Europees en economisch recht

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Cahiers de droit européen

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Columbia Journal of European Law

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Constitutional Law Review

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Public Law

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Europejski Przegląd Sądowy

    Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ L’actualidad administrativa

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-EStAL (European State Aid Law Quarterly)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-European Journal of Human Rights

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Lex ET Scientia International Journal (LESIJ), Universitatea Nicolae Titulescu din Bucuresti (ir-Rumanija)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Concurrences, Revue des droits de la concurrence

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-World Competition Law and Economics Review

    Membru tal-Advisory Board tal-EU Tax Review

    Membru tal-Kumitat Onorarju tar-Revista Română de Drept European

    Titoli u onorifiċenzi

    Titolu ta’ nobbiltà: Baron (2005)

    Distinguished Helen DeRoy Fellow, University of Michigan Law School (2005)

    Honorary Master of the Bench of the Inner Temple, Londra (2010)

    Dottorat honoris causa, université de Poitiers (2016)

    Dottorat honoris causa, Mykolo Romerio universitetas (2017)

    Dottorat honoris causa, université de Namur (2017)

    Dottorat honoris causa, Universitatea Nicolae Titulescu din Bucuresti (2017)

    All European Academies Madame de Staël Prize for Cultural Values (2017)

    Dottorat honoris causa, Sofijski universitet “Sveti Kliment Ohridski” (2018)

    Dottorat honoris causa, Universiteti Europian i Tiranës (2018)

    Dottorat honoris causa, Vilniaus universitetas (2022)

    Dottorat honoris causa, Universitatea “Alexandru Ioan Cuza” din Iaşi  (2023)

  • Thomas von Danwitz

    Viċi President

    Bijografija

    Imwieled fl-1962 f’Bedburg/Erft (il-Ġermanja), Thomas von Danwitz segwa l-istudji tiegħu fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn (l-Università Renana Frédéric-Guillaume ta’ Bonn, il-Ġermanja), fejn għadda l-ewwel eżami tal-istat fid-dritt fl-1986, u fl-université de Genève (l-Università ta’ Genève, l‑Isvizzera). Huwa sostna teżi fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn u rċieva d-dottorat fid-dritt fl-1988. Bħala student anzjan tal-École nationale d'administration (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, Franza), Thomas von Danwitz minn hemm kiseb id-diploma internazzjonali ta’ amministrazzjoni pubblika fl-1990. Fl-1992, huwa ffinalizza l-preparazzjoni ġuridika tiegħu f’Cologne (il-Ġermanja) bit-tieni eżami tal-istat fid-dritt u kiseb, fl-1996, il-mandat tiegħu fir-Rheinische Friedrich-Wilhelms-Universität Bonn, fejn ħadem bħala kollaboratur xjentifiku.

    Filwaqt li indirizza x-xogħol tiegħu ta’ riċerka essenzjalment lejn id-dritt pubbliku Ġermaniż kif ukoll lejn id-dritt Ewropew, Thomas von Danwitz għallem dawn is-suġġetti, mill-1996 sal-2003, bħala professur fir-Ruhr-Universität Bochum (l-Università ta’ Ruhr ta’ Bochum, il-Ġermanja), fejn okkupa, mill-2000 sal-2001, il-pożizzjoni ta’ dekan tal-Fakultà tal-Liġi. Mill-2003 sal-2006, huwa għallem fl-Universität zu Köln (l-Università ta’ Köln, il-Ġermanja) u hemm sar direttur tal-Istitut tad-Dritt Pubbliku u tax-Xjenza Amministrattiva fl-2006.

    Il-karriera universitarja tiegħu wasslitu fil-Fletcher School of Law and Diplomacy tat-Tufts University (l-Università Tufts, l-Istati Uniti) bħala professur mistieden fl-2000, fl-université François Rabelais de Tours (l-Università Rabelas ta’ Tours, Franza) bejn l-2001 u l-2006, kif ukoll fl-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi Panthéon-Sorbonne, Franza) mill-2005 sal-2006. Fl-2005, huwa wettaq soġġorn ta’ tagħlim u riċerka fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l‑Istati Uniti). Huwa ngħaqad, fl-2004, bħala membru, mal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Ġurnata tal-Ġuristi Ġermaniżi (Ständige Deputation des Deutschen Juristentags), li magħhom baqa’ involut sal-2014.

    Thomas von Danwitz inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2006. Elett President ta’ Awla mill-pari tiegħu, huwa okkupa din il-kariga bejn id‑9 ta’ Ottubru 2012 u t‑8 ta’ Ottubru 2018. Mit-8 ta’ Ottubru 2024 T. von Danwitz huwa Viċi President tal-Istituzzjoni.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Ikkomparat (AIDC)

    Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Deutsches Verwaltungsblatt (DVBl)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku ta’ Il Diritto dell’Unione Europea

    Membru tal-Kuratorium tal-Istituti Max-Planck für ausländisches und internationales Strafrecht de Freiburg i. Br.

    Membru tal-Versammlung der Kuratoren de l’Institut für Europäische Politik (IEP)

    Titoli u onorifiċenzi

    Duttur honoris causa, l-Università François Rabelais ta’ Tours (2010)

    Kavallier tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu tar-Repubblika Franċiża (2002)

  • François Biltgen

    President tal-Ewwel Awla

    Bijografija

    Imwieled fl-1958 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), François Biltgen kiseb, fl-1981, lawrea fid-dritt imbagħad, fl-1982, diploma ta’ studji approfonditi (DEA) fid-dritt Komunitarju fl-université de droit, d’économie et de sciences sociales de l’université de Paris II Panthéon-Assas (l-Università tad-Dritt, tal-Ekonomija u tax-Xjenzi Soċjali tal-Università ta’ Pariġi II ta’ Panthéon-Assas, Franza). Fl-istess sena, huwa ggradwa fl-Institut d’études politiques de Paris (l-Istitut tal-Istudji Politiċi, Franza).

    Ammess fl-avukatura tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fl-1987, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mill‑1987 sal-1999. Fl-istess ħin, huwa segwa karriera politika bħala segretarju tal-grupp parlamentari tal-Partit Kristjan Soċjali fil-Parlament Lussemburgiż mill-1983 sal-1994, u, mill-1987 sal-1999, bħala kunsillier komunali tal-belt ta’ Esch-sur-Alzette (il-Lussemburgu), li tagħha ġie nnominat skrivan mill-1997 sal-1999, ħaġa li wasslitu jiġi nnominat membru supplenti tad-delegazzjoni Lussemburgiża fil-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea bejn l-1994 u l-1999. Ġie elett deputat fil-Parlament Lussemburgiż għal mandat ta’ ħames snin fl-1994, u pparteċipa attivament fil-proċessi leġiżlattivi, b’mod partikolari billi assuma l-funzjonijiet ta’ relatur għal numru ta’ abbozzi ta’ liġi dwar atti tad-dritt tal-Unjoni.

    Wara l-elezzjonijiet leġiżlattivi tal-1999, huwa ġie inkarigat mill-Gvern Lussemburgiż imexxi diversi ministeri: huwa ġie nnominat suċċessivament Ministru għax-Xogħol u għall-Impjiegi, Ministru għall-Kulti, Ministru għar-Relazzjonijiet mal-Parlament u Ministru Delegat għall-Komunikazzjonijiet mill-1999 sal‑2004, Ministru għax-Xogħol u għall-Impjiegi, Ministru għall-Kulti u Ministru għall-Kultura, għat-Tagħlim Ogħla u għar-Riċerka mill-2004 sal-2009, imbagħad Ministru għall-Ġustizzja, Ministru għas-Servizz Pubbliku u għar-Riforma Amministrattiva, Ministru għat-Tagħlim Ogħla u għar-Riċerka, Ministru għall‑Komunikazzjonijiet u għall-Media u Ministru għall-Kulti mill-2009 sal-2013.

    Il-missjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-funzjonijiet ministerjali tiegħu huma riflessi wkoll fir-responsabbiltajiet meħuda fuq livell internazzjonali. B’hekk, fl-2005 huwa ppresjeda diversi laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Fl-2005 u fl-2009, François Biltgen assuma l-funzjonijiet ta’ kopresident tal-Konferenza Ministerjali tal-Proċess ta’ Bologna u, mill-2012 sal-2013, tal-Konferenza Interministerjali tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA).

    1. Biltgen inħatar Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2013 u ilu jeżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2019.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue trimestrielle des droits de l'homme (il-Belġju)

    Membru tal-Bord Konsultattiv tal-katedra Jean-Monnet “Eu Values & DIGitalization for our CommunNITY (DIGNITY)” tal-Management Center Innsbruck (l-Awstrija)

    Membru supplenti tal-Kumitat Deontoloġiku tal-Kunsill tal-Istat tal-Lussemburgu (għall-perijodu li jmur minn Jannar 2021 sa Diċembru 2023)

    Titoli u onorifiċenzi

    Uffiċjal tal-Mertu tal-Lussemburgu (1999)

    Uffiċjal Għoli tal-Ordni Gran-Dukali tal-Kuruna tal-Ballut (2004)

    Uffiċjal Għoli tal-Ordni tal-Mertu Ċivili u Militari ta’ Adolphe ta’ Nassau (2004)

    Grã-Cruz da Ordem do Infante Dom Henrique (2005)

    Kmandant Salib Għoli, Ordni tal-Iljun tar-Repubblika tal-Finlandja (2009)

    Ordni tal-Iljun tad-Deheb tad-Dar ta’ Nassau (2012)

    Grosser Tiroler Adler-Orden (2012)

    Kmandant fl-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika tal-Ungerija (2012)

  • Küllike Jürimäe

    Presidenta tat-Tieni Awla

    Bijografija

    Imwielda fl 1962 f’Haapsalu (l-Estonja), Küllike Jürimäe fl 1986 iggradwat fid-dritt (ekwivalenti għall-Master) mit-Tartu ülikool (l-Università ta’ Tartu, l-Estonja). Hija kompliet l-istudji superjuri tagħha fl-Iskola tad-Diplomazija Estonjana, fejn hija ggradwat fl 1992. Fl 2003, fi tmiem ċiklu ta’ studji fl-Università degli Studi di Padova (l-Università ta’ Padova, l-Italja) u fil-University of Nottingham (l-Università ta’ Nottingham, ir-Renju Unit), hija kisbet European Master fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni.

    Mill 1986, hija okkupat kariga ta’ Prosekutur Pubbliku f’Tallinn (l-Estonja) għal ħames snin. Mill-1991 sal-1993, hija serviet fil-kariga ta’ konsulent legali u wara, mill-1992 sal-1993, ta’ konsulent ġenerali mal-Eesti Kaubandus-Tööstuskoda (il-Kamra tal-Kummerċ u tal-Industrija tal-Estonja). Bejn l-1993 u l-2004, hija serviet fil-kariga ta’ mħallef fit-Tallinna Ringkonnakohus (il-Qorti tal-Appell ta’ Tallinn, l-Estonja).

    K. Jürimäe nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta’ Mejju 2004. Mit-23 ta’ Ottubru 2013 hija okkupat din il-kariga fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn teżerċita fil-kwalità ta’ Presidenta ta’ Awla mit-8 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Fond tad-Dritt Kostituzzjonali mal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Estonja

    Membru tal-Kumitat ta’ Tmexxija u direttriċi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin fid-Dritt tal-Kompetizzjoni

    Membru tal-Eesti Kohtunike Ühing

    Membru tal-Eesti Juristide Liit

    Titoli u onorifiċenzi

    Dekorazzjoni ta’ “l-Ordni tal-Istilla l-Bajda tal-Estonja tat-Tielet Klassi” (2021)

  • Constantinos Lycourgos

    President tat-Tielet Awla

    Bijografija

    Imwieled fl-1964 f’Nikosija (Ċipru), Constantinos Lycourgos kiseb, fl-1985, lawrea fid-dritt, imbagħad, fl-1987, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt komunitarju fl-université Panthéon-Assas Paris II (l-Università Panthéon-Assas Pariġi II, Franza), università li fiha sostna, fl-1991, it-teżi tiegħu tad-dottorat fid-dritt.

    Ammess bħala avukat f’Ċipru fl-1993, huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat fil-Kamra tal-Avukati ta’ Nikosija sal-1996, is-sena li fiha ġie nnominat kunsillier speċjali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Ċiprijott. Huwa okkupa din il-pożizzjoni sal-1999, imbagħad dik ta’ kunsillier fid-dritt komunitarju fid-Dipartiment Ġuridiku tar-Repubblika ta’ Ċipru, mill-1999 sal-2002. Huwa kien parti, bejn l-1998 u l-2003, mill-missjoni Ċiprijotta inkarigata min-negozjati ta’ adeżjoni mal-Unjoni Ewropea fl-istess waqt li kien membru, mill-2002 sal-2014, tad-delegazzjonijiet Ċiprijotti Griegi implikati fin-negozjati għas-soluzzjoni globali tal-problema ta’ Ċipru.

    Il-perizja tiegħu wasslitu jeżerċita, mill-2002 sal-2007, il-funzjonijiet ta’ ġurista ewlieni u wara, mill-2007 sal-2014, dawk ta’ avukat ewlieni tar-Repubblika ta’ Ċipru. Mill-2003 sal-2014, ġie nnominat kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew tad-Dipartiment Ġuridiku tar-Repubblika ta’ Ċipru filwaqt li kien jintalab, mill-2004 sal-2014, jidher, bħala aġent, f’isem il-Gvern Ċiprijott quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea.

    Constantinos Lycourgos ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2014 u ilu jeżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mit-8 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru fundatur tal-Assoċjazzjoni Ċiprijotta tad-Dritt tal-Enerġija

    Membru tal-European Group of Public Law (EGPL)

  • Irmantas Jarukaitis

    President tar-Raba’ Awla

    Bijografija

    Imwieled fl‑1973 fi Prienai (il-Litwanja), Irmantas Jarukaitis iggradwa fid-dritt fl‑1997 u kiseb dottorat fl‑2008 mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja). L-attivitajiet tiegħu bħala professur żvolġew fi ħdan din l-università, fejn għallem, bħala assistent u mbagħad bħala professur assoċjat, mill‑1999 sal‑2018. Huwa assuma wkoll missjonijiet oħra għall-benefiċċju tar-riċerka legali, kif jixhdu numru ta’ pubblikazzjonijiet tiegħu fl-oqsma tad-dritt Ewropew u tad-dritt kostituzzjonali. Minbarra d-dmirijiet akkademiċi tiegħu, huwa kien involut attivament fil-ħolqien tal-Assoċjazzjoni Litwana tad-Dritt Ewropew, li tagħha huwa kofundatur.

    Fl‑1997, daħal fis-servizz ta’ pajjiż twelidu billi ngħaqad mad-dipartiment tad-dritt Ewropew tal-Ministeru għall-Ġustizzja Litwan: huwa okkupa l-kariga ta’ speċjalista ewlieni, imbagħad kap ta’ taqsima, mill‑2002 sal‑2003, u, mill‑2004 sal‑2010 dak ta’ assistent direttur ġenerali. Bejn l‑2010 u l‑2018, huwa eżerċita funzjonijiet ġudizzjarji bħala mħallef fil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja), li tagħha sar Viċi President mill‑2012 sal‑2017. Mill‑2015 sal‑2017, huwa kien qed jaġixxi bħala President ta’ din il-qorti filwaqt li serva fit-Teisėjų taryba (il-Kunsill Ġudizzjarju, il-Litwanja).

    I. Jarukaitis inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mit‑8 ta’ Ottubru 2018 u jeżerċita hemmhekk il-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2024.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Ewropej tad-Dritt tal-Kompetizzjoni

    Membru tal-Lietuvos Europos teisės asociacija

  • Maria Lourdes Arastey Sahún

    Presidenta tal-Ħames Awla

    Bijografija

    Imwielda fl-1959 f’Tarragona (Spanja),Maria Lourdes Arastey Sahún studjat fl-Universitat de Barcelona (l-Università ta’ Barcelona, Spanja) u minn hemm kisbet lawrea fid-dritt fl-1983 qabel ma segwiet, mill-1984 sal-1985, formazzjoni professjonali ta’ ġudikant fi ħdan l-Escuela Judicial (l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura, Spanja).

    Hija ġiet innominata maġistrat fil-Juzgado de Distrito de Sant Feliu de Llobregat (il-Qorti Distrettwali ta’ Sant Feliu de Llobregat, Spanja) u fil-Juzgado de Distrito de Barcelona (il-Qorti Distrettwali ta’ Barcelona, Spanja) mill-1985 sal-1989. Fl-1989, ġiet assenjata għal sena lill-Juzgado de lo Social nº 7 de Barcelona (il-Qorti tax-xogħol u tas-Sigurtà Soċjali Nru 7 ta’ Barcelona, Spanja) u wara ngħaqdet mal-Awla Soċjali tat-Tribunal Superior de Justicia de Cataluña (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Catalunya, Spanja), li fiha baqgħet sal-2009. Hija ġiet innominata għat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) bħala mħallef mill-2009. Mill-2013 sal-2021, hija wkoll imħallef fit-Tribunal Amministrattiv tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku ta’ Fuq (NATO) (Brussell, il-Belġju).

    Flimkien mal-karriera ġudizzjarja, Maria Lourdes Arastey Sahún iddedikat ruħha wkoll għall-attivitajiet ta’ tagħlim. Mill-1998 sal-2008, hija okkupat il-pożizzjoni ta’ professur assoċjat fid-dritt tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali fl-Universitat de Barcelona. Hija wkoll lettriċi fi ħdan iċ-ċentri nazzjonali tal-istudji ġudizzjarji, b’mod partikolari fi Spanja (regolarment), fil-Bulgarija (2008) u fir-Rumanija (2008), kif ukoll fl-Iskola Juan Carlos I tal-Amerika Ċentrali u tal-Karajbi (2006). Maria Lourdes Arastey Sahún tat numru ta’ konferenzi u pparteċipat f’seminars f’numru ta’ universitajiet. Hija fl-aħħar nett kienet parti minn diversi korpi li joperaw b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni, tat-taħriġ u tal-eżami tal-kompetenzi tal-imħallfin kif ukoll ta’ modi alternattivi ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti.

    Maria Lourdes Arastey Sahún inħatret Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021 u hemmhekk teżerċita l-funzjonijiet ta’ President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2024.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tar-raggruppament Ewropew tal-Ġudikanti għall-Medjazzjoni (GEMME), ex presidenta tat-taqsima Spanjola u ex viċi presidenta tal-kumitat eżekuttiv tiegħu

    Membru tal-Kunsill Konsultattiv tal-Assoċjazzjoni ta’ Ħbiberija Franko-Spanjola “MUJERES AVENIR”

    Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Asociación Española para el Estudio del Derecho Europeo (AEDEUR)

    Membru tal-Asociación Española de Salud y Seguridad Social (AESSS)

    Membru tal-Istitut tad-Dritt Ewropew (ELI), li integra l-kumitati xjentifiċi tal-laqgħat annwali fuq il-ġurisprudenza Ewropea mal-“iSpanish Hub” (2018, 2019, 2020 u 2021)

    Membru tal-Assoċjazzjoni Women in a Legal World

    Membru tal-Kunsill Xjentifiku tal-Femeris Journal of Gender Studies (Universidad Carlos III ta’ Madrid)

    Membru tal-Kumitat Redazzjonali tar-Revista Foro de Seguridad Social

    Membru tal-Kunsill Konsultattiv tar-Rivista Derecho Social y Empresa

    Membru tal-Grupp ta’ Esperti tal-proġett “La voz que nadie escucha”, tal-Fondation Gabeiras, fuq id-dritt tan-nisa privati mċaħħda mil-libertà li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali

  • Maciej Szpunar

    Avukat Ġenerali Ewlieni

    Bijografija

    Imwieled fl-1971 fi Krakow (il-Polonja), Maciej Szpunar kiseb lawrea fid-dritt fl-Uniwersytet Śląski (l‑Università ta’ Silesja, il-Polonja) fl-1995 u fil-Collège d'Europe de Bruges (il-Belġju) fl-1996. Huwa sostna t-teżi tad-dottorat tiegħu fid-dritt fl-2000, sar duttur fix-xjenzi ġuridiċi fl-2009, imbagħad professur tad-dritt fl-2013 fi ħdan l-Uniwersytet Śląski. Fl-1998, ix-xogħlijiet universitarji tiegħu wassluh fil-Jesus College ta’ Cambridge (ir-Renju Unit) bħala “Visiting Scholar”, wara fl-université de Liège (l-Università ta’ Liège, il-Belġju) fl-1999 u fl-Istitut Universitarju Ewropew ta’ Firenze (l-Italja) fl-2003.

    Fl-2001, huwa daħal fl-avukatura ta’ Katowice biex jibda l-professjoni ta’ avukat, li eżerċita sal-2008. Huwa f’dan iż-żmien li kien parti mill-Kumitat tad-Dritt Internazzjonali Privat tal-Kummissjoni ta’ Kodifikazzjoni tad-Dritt Ċivili fil-Ministeru għall-Ġustizzja Pollakka.

    Huwa assuma l-funzjonijiet ta’ sottosegretarju tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Kumitat tal-Integrazzjoni Ewropea (il-Polonja) mill-2008 sal-2009, qabel ma ngħaqad mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Pollakk bejn l-2010 u l-2013. Matul dawn it-tliet snin, huwa rrappreżenta, bħala aġent, il-Gvern Pollakk f’numru kbir ta’ kawżi li nstemgħu quddiem il-qrati tal-Unjoni Ewropea.

    Huwa baqa’ marbut mal-qasam tar-riċerka universitarja, u b’hekk kien parti mill-Kumitat Editorjali ta’ diversi rivisti ġuridiċi, ħaġa li wasslitu fl-istess ħin jikteb diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt Ewropew u tad-dritt internazzjonali privat.

    Maciej Szpunar ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑23 ta’ Ottubru 2013 u jeżerċita mill‑11 ta’ Ottubru 2018 l-funzjonijiet ta’ Avukat Ġenerali Ewlieni.

    Inkarigi, pożizzjonijiet jew funzjonijiet mhux remunerati

    Kunsillier għall-proġett tal-Istitut Ewropew tad-Dritt intitolat “Concept and Role of Courts in Family and Succession Matters”

    Membru assoċjat tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Komparat

    Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Fondazzjoni tal-Kulleġġ tal-Ewropa, fil-Collège d’Europe, f’Natolin (il-Polonja)

    Membru tal-Grupp Ewropew tad-Dritt Internazzjonali Privat

    Membru tal-Grupp ta’ Riċerka fuq id-dritt privat tal-Unjoni fis-seħħ “Acquis Group”

    Membru tal-Istitut tad-Dritt Ewropew

    Membru tal-Kumitat Editorjali tar-rivisti ġuridiċi segwenti: Europejski Przegląd Sądowy, Kwartalnik Prawa Prywatnego, Nowa Europa – Przegląd Natoliński, University of Warsaw Journal of Comparative Law, Problemy Współczesnego Prawa Międzynarodowego, Europejskiego i Porównawczego, ERA Forum – Journal of the Academy of European Law, The e-Competition Bulletin, Polski Proces Cywilny et Zeszyty Naukowe Uniwersytetu Jagiellońskiego – Prace z Prawa Własności Intelektualnej

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-proġett intitolat “Le droit procédural comparé et la Justice”, tal-Max Planck Institute Luxembourg for International, European and Regulatory Procedural Law; membru tat-Taqsima 15 “Cross-border and the international dimensions”

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew ta’ Trier

    Membru tal-Kummissjoni tax-Xjenzi Ġuridiċi u Ekonomiċi tal-Akkademja Pollakka tax-Xjenzi

    Titoli u onorifiċenzi

    Krzyż Oficerski Orderu Odrodzenia Polski (Salib ta’ Uffiċjal tal-Ordni Polonia Restituta)

  • Ineta Ziemele

    Presidenta tas-Sitt Awla

    Bijografija

    Imwielda fl‑1970 f’Jelgava (il-Latvja), Ineta Ziemele ggradwat fid-dritt fl‑1993 mil-Latvijas Universitāte (l-Università tal-Latvja), u fl-istess sena hija temmet kors fuq l-istudju tas-sistema ġuridika Amerikana tad-dritt u tal-Politika tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll tas-xjenzi politiċi fl-Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka). Imbagħad kisbet master fid-dritt internazzjonali mil-Lunds Universitet (l-Università ta’ Lund, l-Iżvezja) fl‑1994 u temmet l-istudji tagħha fil-Cambridge University (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fejn iddefendiet, fl‑1999, teżi ta’ dottorat fid-dritt.

    Hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala assistenta parlamentari fil-Parlament Latvjan mill‑1990 sal‑1992, qabel ma okkupat pożizzjoni ta’ konsulenta mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Latvjan mill‑1992 sal‑1995. Maħtura konsulenta għall-Prim Ministru Latvjan fl‑1995, hija wettqet ukoll dawn il-funzjonijiet fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa fi Strasbourg (Franza) mill‑1999 sal‑2001.

    Barra minn hekk, I. Ziemele ilha tgħallem mill‑1993, bħala assistenta universitarja, fid-dipartiment tat-teorija legali u politika kif ukoll fid-dipartiment tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-baħar tal-Latvijas Universitāte. Kienet imbagħad, sal‑1999, lettriċi tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew, meta waqqfet l-istitut għad-drittijiet tal-bniedem fil-Latvijas Universitāte, li hija mexxiet sa dik l-istess sena. Hija wkoll professoressa Söderberg u sussegwentement professoressa mistiedna fir-Rīgas Juridiskā augstskola (l-Iskola Superjuri tad-Dritt ta’ Riga, il-Latvja) fejn, mill‑2001, kellha katedra ta’ professoressa tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. Mill‑2001 sal‑2005, hija għallmet ukoll fl-Istitut Raoul Wallenberg tal-Lunds universitet bħala professoressa mistiedna.

    Il-karriera ġudizzjarja ta’ I. Ziemele bdiet fl‑2005, bl-ewwel ħatra tagħha bħala mħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg, pożizzjoni li hija okkupat ukoll bħala Presidenta ta’ Awla sal‑2014. Maħtura mħallef fil-Latvijas Republikas Satversmes tiesa (il-Qorti Kostituzzjonali, il-Latvja) fl‑2015, hija kienet il-presidenta tagħha mill‑2017 sal‑2020.

    Mill‑2017, hija kienet membru korrispondenti tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Latvja, li magħha tikkollabora permezz tar-riċerka tagħha fid-dritt, li tat lok għall-pubblikazzjoni ta’ numru ta’ xogħlijiet.

    I. Ziemele nħatret Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑6 ta’ Ottubru 2020 u minn dakinhar ilha taqdi dmirha f’din il-kariga.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Editriċi prinċipali tal-“Baltic Yearbook of International Law”

    Membru korrispondenti tal-Akkademja tax-Xjenzi tal-Latvja

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    Dekorazzjoni tat-Triju Zvaigžņu ordenis (ir-IV klassi) (il-Latvja) (2014)

    Diploma onorarju mogħti mir-reġjun ta’ Jelgava (il-Latvja) (2018)

    Insinja tal-unur tal-ewwel grad tas-sistema ġuridika (il-Latvja) (2018)

    Premju tal-Kabinett tal-Ministri (il-Latvja) għall-kontribut sinjifikattiv tagħha għall-iżvilupp tas-sistema ġuridika Latvjana, għat-tisħiħ tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, kif ukoll għall-kisbiet tagħha fix-xjenza legali (2016)

  • Jan Passer

    President tal-Għaxar Awla

    Bijografija

    Imwieled fl-1974 fi Praga (iċ-Ċekoslovakkja), Jan Passer studja fl-Univerzita Karlova (l-Università Karlu, ir-Repubblika Ċeka) u hemm kiseb il-lawrea fid-dritt li kkompleta, fl-2000, b’master fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja). Fl-2007, huwa sostna teżi tad-dottorat fl-Università Karlu.

    Mill-1997, huwa eżerċita attivitajiet ġudizzjarji f’pajjiż twelidu, l-ewwel bħala awditur tal-ġustizzja fil-Městský soud v Praze (il-Qorti Muniċipali ta’ Praga, ir-Repubblika Ċeka), pożizzjoni li okkupa sal-2001, imbagħad bħala mħallef fl-Obvodní soud pro Prahu 2 (il-Qorti Distrettwali ta’ Praga 2, ir-Repubblika Ċeka), mill-2001 sal-2005. Mill-2005 sal-2016, huwa kien imħallef fin-Nejvyšší správní soud (il-Qorti Amministrattiva Suprema, ir-Repubblika Ċeka).

    L-esperjenza miksuba tul il-prattika wasslet lil Jan Passer jgħallem bħala kap tal-kors fid-dritt tal-Unjoni, fost suġġetti oħra, fl-Univerzita Karlova mill-2001 sal-2003, fil-Masarykova univerzita (l-Università Masaryk, ir-Repubblika Ċeka) mill-2006 sal-2016 kif ukoll fl-Univerzita Palackého v Olomouci (l-Università Palacký ta’ Olomouc, ir-Repubblika Ċeka) mill-2014 sal-2016. Din il-perizja wasslitu wkoll jgħallem id-dritt, mill-2001 sal-2016, fl-Akkademja tal-Ġustizzja tar-Repubblika Ċeka.

    Jan Passer ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fid‑19 ta’ Settembru 2016. Huwa eżerċita hemm għal erba’ snin, qabel ma ġie nnominat, fis‑6 ta’ Ottubru 2020, Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn jeżerċita minn dakinhar il-mandat tiegħu.

    Inkarigi, pożizzjonijiet jew funzjonijiet mhux remunerati

    Membru fundatur taċ-Česká společnost pro evropské a srovnávací právo

  • Octavia Spineanu-Matei

    Presidenta tat-Tmien Awla

    Bijografija

    Imwielda fl-1967 f’Vălenii de Munte (ir-Rumanija), Octavia Spineanu-Matei kisbet il-lawrea fid-dritt mill‑Universitatea Alexandru Ioan Cuza din Iași (l-Università Alexandru Ioan Cuza, ir-Rumanija) (diploma ta’ mertu) fl-1990 u dottorat fid-dritt mill-Academia de Poliție “Alexandru Ioan Cuza” (l-Akkademja tal-Pulizija “Alexandru Ioan Cuza”, ir-Rumanija) fl-1999.

    Fl-1991, hija bdiet il-karriera professjonali tagħha bħala mħallef fil-Judecătoria sectorului 4 București (il‑Qorti tal-Ewwel Istanza tar-Raba’ Distrett ta’ Bukarest, ir-Rumanija) fejn eżerċitat il-funzjonijiet sal-1996. Mill-1996 sal-1999, hija serviet fil-kwalità ta’ mħallef fit-Tribunalul București (il-Qorti tal-Kontea ta’ Bukarest, ir-Rumanija), li tagħha kienet il-president tal-awla ċivili bejn l-1997 u l-1999. Wara li ngħaqdet mal-Curtea de Apel București (il-Qorti tal-Appell ta’ Bukarest, ir-Rumanija) bħala mħallef mill-1999 sal-2005, u bħala president tal-awla ċivili mill-1999 sal-2003, ġiet innominata mħallef fl-Înalta Curte de Casație și Justiție (il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, ir-Rumanija) mill-2006 sal-2016.

    Mill-2006 sal-2016, Octavia Spineanu-Matei ġiet innominata membru estern tal-bord estiż tal-appell tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi f’Munchen (il-Ġermanja).

    Mill-1997, hija ddedikat ruħha wkoll għat-taħriġ tal-membri tal-ġudikatura u tal-awdituri tal-ġustizzja Rumeni bħala formatriċi fl-Institutul Național al Magistraturii (l-Istitut Nazzjonali tal-Ġudikatura, ir‑Rumanija), li tiegħu hija kienet ukoll membru tal-Kumitat Xjentifiku sussegwentement, mill-2011 sal-2016, direttriċi. Hija barra minn hekk ħadet sehem fil-Bord ta’ Tmexxija tal-iȘcoala Națională de Grefieri (l-Iskola Nazzjonali tar-Reġistraturi, ir-Rumanija). Mill-2012 sal-2016, hija kienet membru tal-Kunsill tal-Kulleġġ Dottorali tal-Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest, ir-Rumanija). Koawtriċi ta’ diversi kotba u awtriċi ta’ diversi artikli fil-qasam legali, hija pparteċipat regolarment f’konferenzi nazzjonali u internazzjonali.

    Octavia Spineanu-Matei ġiet innominata Mħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016. Hija eżerċitat fiha għal ħames snin qabel ma ġiet innominata Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku Editorjali tar-Revista română de dreptul proprietății intelectuale, immexxi mill-Asociația Științifică de Dreptul Proprietății Intelectuale

    Membru tal-Kumitat tar-Reviżuri Esterni tar-Rivista Ġuridika EuroQuod, immexxija mill-Institutul Național al Magistraturii

    Titoli u onorifiċenzi

    Kavallier tal-Ordinul Național „Pentru Merit” (Ordni Nazzjonali “Għall-Mertu”) (innominata mill-President tar-Rumanija għall-merti tagħha fl-elaborazzjoni tal-ġurisprudenza u tar-riforma tal-ġustizzja) (2000)

  • Massimo Condinanzi

    President tad-Disa’ Awla

    Bijografija

    Imwieled fl‑1964 fi Biella (l-Italja), Massimo Condinanzi kiseb, fl‑1988, diploma fid-dritt mill-Università degli Studi di Genova (l-Università ta’ Genova, l-Italja). Fl‑1993, huwa kiseb dottorat fid-dritt tal-Komunitajiet Ewropej mill-Università degli Studi di Bologna (l-Università ta’ Bologna, l-Italja).

    M. Condinanzi beda l-karriera professjonali universitarja tiegħu fl‑1990 bħala assistent għall-attivitajiet didattiċi u xjentifiċi fl-Istitut tad-Dritt Internazzjonali tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università degli Studi di Milano (l-Università ta’ Milan, l-Italja), funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1996. Mill‑1996 sal‑1998, huwa okkupa pożizzjoni ta’ riċerkatur fid-dritt internazzjonali fi ħdan din l-istess fakultà.

    Fl‑1997, huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej bħala référendaire, l-ewwel mal-Avukat Ġenerali Giuseppe Tesauro, imbagħad mal-Avukat Ġenerali Antonio Saggio.

    Meta rritorna fl-Italja fl‑1998, wara li sar professur assoċjat, huwa għallem id-dritt internazzjonali fl-Università di Bologna u d-dritt tal-Unjoni Ewropea fil-kampus ta’ Piacenza tal-Università Cattolica del Sacro Cuore (l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa, l-Italja), fl-Università degli Studi di Genova u fil-Fakultà tal-Liġi tal-Università degli Studi di Milano. Huwa f’din il-fakultà li huwa sar professur titolari tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl‑2005, funzjonijiet li ilu jeżerċita minn dak iż-żmien bħala detentur tal-Katedra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u tal-Katedra tad-dritt tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea. Bejn l‑2014 u l‑2018, dejjem f’din l-istess fakultà, huwa kien koordinatur tat-taqsima tad-dritt internazzjonali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fi ħdan id-dipartiment tad-dritt pubbliku Taljan u supranazzjonali. Huwa kien professur mistieden fl-università Paris-Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi-Panthéon-Assas, Franza), fl-université Montesquieu Bordeaux IV (l-Università Montesquieu ta’ Bordeaux IV, Franza), fl-Universitatea “Alexandru Ioan Cuza” din Iași (l-Università Alexandru Ioan Cuza ta’ Iași, ir-Rumanija) u fl-université de Genève (l-Università ta’ Genève, l-Isvizzera). Huwa kien membru u relatur ta’ bordijiet għat-teżijiet fformulati b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea f’numru ta’ universitajiet Ewropej.

    Minn dejjem interessat fid-dritt tal-kontenzjuż tal-Unjoni Ewropea, huwa kien fundatur, fl‑2023, tar-Revue du contentieux européen, li tagħha huwa d-direttur.

    Mill‑2016 sal‑2018 u mill‑2019 sal‑2023, huwa kkoordina l-istruttura tal-missjoni għar-riżoluzzjoni tal-proċeduri għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fil-Presidenza tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika Taljana.

    Mill‑2005 sal‑2024, huwa eżerċita wkoll il-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Biella u mal-Kamra tal-Avukati ta’ Milano u pparteċipa f’din il-kwalità fit-trattament ta’ diversi kawżi quddiem il-qrati tal-Unjoni.

    Fl-istess ħin, huwa kien membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Académie de droit européen fi Trier (l-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA), il-Ġermanja) u kelliem f’konferenzi, imbagħad espert ta’ taħriġ fis-Scuola Superiore della Magistratura (l-Iskola Superjuri tal-Ġudikatura, l-Italja).

    M. Condinanzi huwa l-awtur ta’ diversi xogħlijiet u artikli b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni u pparteċipa, ta’ spiss bħala organizzatur, f’diversi konferenzi legali nazzjonali u internazzjonali. Fl‑2017, huwa pparteċipa fil-koordinazzjoni tar-redazzjoni tal-ewwel kummentarju “artikolu b’artikolu” tar-Regoli tal-Proċedura tal-qrati Ewropej bit-Taljan. Kien ukoll, bejn l‑2017 u l‑2023, koordinatur ta’ unità ta’ riċerka li wettqet programm ta’ riċerka ta’ interess nazzjonali (PRIN 2017) intitolat “Dove va l’Europa? (Fejn sejra l-Ewropa?)”.

    M. Condinanzi inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis‑7 ta’ Ottubru 2024.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    • Fundatur u direttur responsabbli għar-Revue du contentieux européen
    • Membru tal-Association Française d'Éudes Européennes (AFÉE)
    • Membru tal-Associazione Italiana degli Studiosi di Diritto dell’Unione europea (AISDUE)
    • Membru tal-kumitat ta’ tmexxija tar-rivista legali Eurojus
    • Membru tal-kumitat xjentifiku tar-Rivista italiana di diritto pubblico comunitario
    • Membru tas-Società Italiana di Diritto Internazionale e dell’Unione europea (SIDI)

    Titoli u onorifiċenzi

    • Titolari tal-Katedra Jean Monnet ad personam “Chi ha Paura dell’Europa? (Min jibża’ mill-Ewropa?)”, Università degli Studi di Milano (2017 2020)
    • Titolari tal-Katedra Jean Monnet ad personam “Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja: protezzjoni ġudizzjarja u moviment liberu tal-persuni”, Università degli Studi di Milano (2009 2012)
  • Fredrik Schalin

    President tas-Seba’ Awla

    Bijografija

    Imwieled fl‑1964 fi Stokkolma (l-Isvezja), Fredrik Schalin kiseb, fl‑1991, diploma fid-dritt mill-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma, l-Isvezja), u, fl‑1990, diploma fid-dritt u sussegwentement, fl‑1994, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt Komunitarju u Ewropew mill-université de Paris I Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I Panthéon-Sorbonne, Franza).

    Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala référendaire fis-Södertälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertälje, l-Isvezja) mill‑1991 sal‑1993, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt (il-Qorti tal-Appell sedenti fi Stokkolma, l-Isvezja) mill‑1994 sal‑1995. Huwa serva bħala mħallef fil-Gotlands tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Gotland, l-Isvezja) kif ukoll fin-Norrtälje tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Norrtälje, l-Isvezja) mill‑1995 sal‑1996, u sussegwentement fl-iSvea hovrätt mill‑1996 sal‑1997.

    Fl‑1997, okkupa l-pożizzjoni ta’ assistent segretarju tal-kummissjoni parlamentari fil-Ministeru għall-Finanzi Svediż, qabel ma nħatar konsulent legali għall-affarijiet Ewropej fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Svediż fl‑1999.

    Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire mal-Imħallef Hans Ragnemalm fl‑1998, u eżerċita mill-ġdid dawn il-funzjonijiet mill‑1999 sal‑2006 mal-Imħallef Stig von Bahr.

    Meta rritorna lura pajjiżu, F. Schalin eżerċita l-professjoni ta’ ġurista mill‑2006 sal‑2008 u, wara li ġie ammess fil-Kamra tal-Avukati ta’ Stokkolma fl‑2008, dik ta’ avukat. Fl‑2009, ingħaqad mal-korp tal-ġudikatura bħala mħallef u sussegwentement President ta’ Awla fis-Södertörns tingsrätt (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Södertörn, l-Isvezja), fejn serva sal‑2016.

    Barra minn hekk, iddedika ruħu għat-tagħlim bħala lettur fl-iStockholms universitet (l-Università ta’ Stokkolma) mill-2006 sal-2008, imbagħad fid-Domstolsakademin (l-Akkademja tal-Qrati Svediżi) mill-2011.

    1. Schalin inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑8 ta’ Ġunju 2016, u fiha jservi bħala President ta’ Awla mid‑19 ta’ Settembru 2022.
  • Juliane Kokott

    Avukata Ġenerali

    Bijografija

    Imwielda fl‑1957 fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja), Juliane Kokott studjat id-dritt fl-Universität Bonn (l-Università ta’ Bonn, il-Ġermanja) u fl-université de Genève (l-Università ta’ Genève, l-Isvizzera) mill‑1976 sal‑1982. Titolari ta’ borża ta’ studju Fulbright, hija ngħaqdet wara mal-American University, Washington DC (l‑Università Amerikana ta’ Washington DC, l-Istati Uniti) u hemm kisbet LL.M fl‑1983. Lura l-Ewropa, hija kisbet dottorat fid-dritt mill-Universität Heidelberg (l-Università ta’ Heidelberg, il-Ġermanja) fl‑1985, imbagħad mill-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) fl‑1990. Barra minn hekk, fl‑1985, hija kisbet id-diploma tal-Akkademja Internazzjonali tad-Dritt Internazzjonali li għandha s-sede fit-Tuneżija.

    Huwa fil-kwalità ta’ professur mistieden fil-University of California, Berkeley (l-Università ta’ California f’Berkeley, l-Istati Uniti) li Juliane Kokott bdiet il-karriera universitarja tagħha fl-1991. Hija komplietha wara fil-Ġermanja, fejn kienet professur tad-dritt pubbliku Ġermaniż u barrani, tad-dritt internazzjonali u tad-dritt Ewropew fl-Universität Augsburg (l-Università ta’ Augsburg) fl-1992, fl‑Universität Heidelberg fl-1993 u fil-Heinrich-Heine-Universität Düsseldorf (l-Università Heinrich Heine ta’ Düsseldorf) mill-1994 sal-1999. Fl-1999, ingħatat katedra ta’ professur fl-Universität St. Gallen (l-Università ta’ San Gallen, l-Isvizzera), li fih hija għallmet kors tad-dritt internazzjonali, tad-dritt internazzjonali tal-kawżi, u tad-dritt Ewropew. Fl-2000, huwa fl-Istitut tad-Dritt Ewropew u Internazzjonali tal-Kawżi tal-Universität St. Gallen li ntalbet tassumi l-funzjonijiet ta’ direttur u wara, mill-2001 sal-2003, dawk ta’ direttur supplimentari tal-programm ta’ speċjalizzazzjoni fid-dritt tal-kawżi f’din l-istess università.

    Hija sussegwentement ikkollaborat mal-Gvern Ġermaniż, li nnominaha, fl‑1995, imħallef supplenti fil-Qorti Internazzjonali ta’ Konċiljazzjoni u ta’ Arbitraġġ tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l‑Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE). Sal‑2003, hija wettqet il-funzjonijiet ta’ viċi president tal-Wissenschaftliche Beirat “Globale Umweltveränderungen” der Bundesregierung (WBGU) (il-Kumitat Konsultattiv tal-Gvern Federali fuq it-Tibdil Globali tal-Ambjent, il-Ġermanja).

    Juliane Kokott ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2003. Hija eżerċitat il-funzjoni ta’ Avukata Ġenerali Ewlieni mill-2006 sal-2007.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    • Fundatriċi u president (mal-professur Pasquale Pistone, IBDF) tal-Kumitat tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali (ADI) fuq id-dritt fiskali internazzjonali (fażi 1: id-drittijiet tal-kontribwent; fażi 2: rabta u sistema fiskali internazzjonali; fażi 3: applikazzjoni tad-dritt fiskali internazzjonali)
    • Membru tal-Kumitat Direttiv tal-programm tal-Master tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università tal Lussemburgu
    • Membru tal-Kumitat Konsultattiv tad-Deutsche Steuerjuristische Gesellschaft (is-Soċjetà Ġermaniża tad-Dritt Fiskali), tal-Berliner Steuergespräche (l-Intervisti Fiskali ta’ Berlin) u tas-Steuerrechtswissenschaftliche Vereinigung (l-Assoċjazzjoni tad-Dritt Fiskali, Heidelberg) (Membru fundatur)
    • Parteċipazzjoni fil-Programm ta’ Superviżjoni “Geh deinen Weg” tad-Deutschland Stiftung Integration u fil-programm Minerva-Femmenet (Programm ta’ Superviżjoni tas-Soċjetà Max Planck għan-Nisa Xjenzati Żgħar)
    • President tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Istitut Max Planck tad-Dritt Fiskali u tal-Finanzi Pubbliċi
    • “Ambaxxatriċi tas-Saar”

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    • Midalja Otto Hahn tas-Soċjetà Max Planck
    • Lawreata tad-Dr. Otto Schmidt-Preis zur Förderung der Europäisierung und Internationalisierung des Rechts (2020)
    • Dottorat honoris causa, université de Liège (l-Università ta’ Liège, il-Belġju) (2022)
    • Dottorat honoris causa en droit, Dr. iur. h.c., Universität Augsburg (l-Università ta’ Augsburg) (2022)
  • Siniša Rodin

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1963 f’Żagreb (il-Kroazja), Siniša Rodin iggradwa fid-dritt mill-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja) fl‑1987 u kompla l-istudji universitarji tiegħu fl-Istati Uniti tal-Amerika fejn fl‑1992 kiseb Master of Laws mogħti mill-University of Michigan (l-Università ta’ Michigan). Lura fil-Kroazja, huwa kompla l-istudji tiegħu fl-iSveučilište u Zagrebu, fejn huwa kiseb dottorat fid-dritt fl‑1995. Mill‑2001 sal‑2002, ingħaqad mal-Harvard University (l-Università ta’ Harvard, l-Istati Uniti) bħala Fulbright Fellow u akkademiku mistieden.

    Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu mal-iSveučilište u Zagrebu u bħala assistent professur fl‑1987. Mill‑2003, huwa okkupa l-pożizzjoni ta’ professur tad-dritt tal-Unjoni hemmhekk u, fl‑2006, ġie fdat il-Katedra Jean Monnet, li tiegħu sar titolari ad personam fl‑2011. Fl‑2012, huwa sar professur mistieden fil-Cornell Law School (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università ta’ Cornell, l-Istati Uniti). Matul il-karriera akkademika tiegħu, S. Rodin ippubblika numru ta’ xogħlijiet li kkontribwixxew għat-tixrid tad-dritt tal-Unjoni fil-Kroazja.

    Bejn l‑2006 u l‑2011, S. Rodin kien għamel parti mit-tim Kroat li ddefinixxa l-qafas tan-negozjati kif ukoll il-proċess tal-adeżjoni tal-Kroazja fl-Unjoni waqt li kien, mill‑2009 sal‑2010, membru tal-Kumitat Kroat għar-Riforma Kostituzzjonali u president tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.

    1. Rodin huwa l-ewwel Imħallef Kroat maħtur fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga mill‑4 ta’ Lulju 2013.

     

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-World Jurist Association (WJA) (Washington DC, l-Istati Uniti)

    Membru tal-Kunsill Akkademiku tal-Fakultà tal-Liġi tal-Università del Salento (l-Università ta’ Salento, l-Italja)

  • Manuel Campos Sánchez-Bordona

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl‑1950 f’Zafra (Spanja), Manuel Campos Sánchez-Bordona ggradwa fid-dritt fl‑1972 fi tmiem l-istudji tiegħu fl-Universidad de Sevilla (l-Università ta’ Sevilla, Spanja) u fl-Universidad de Granada (l-Università ta’ Granada, Spanja). Huwa beda l-karriera legali tiegħu bħala Prosekutur Pubbliku mal-Audiencia Provincial de Palma de Mallorca (il-Qorti Provinċjali ta’ Palma de Mallorca, Spanja) u mal-Audiencia Provincial de Sevilla (il-Qorti Provinċjali ta’ Sevilla, Spanja) mill‑1977 sal‑1982.

    Imbagħad kompla l-karriera tiegħu bħala mħallef mal-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi tat-Tribunal Superior de Justicia de Canarias (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Canarias, Spanja), tal-Audiencia Nacional (il-Qorti Nazzjonali, Spanja) tat-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Andalucía, Spanja) u tat-Tribunal Superior de Justicia de Cantabria (il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja ta’ Cantabria, Spanja). Mill‑1989 sal‑1994, huwa serva f’din il-qorti bħala President tal-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi.

    Wara li okkupa pożizzjoni ta’ référendaire mal-Avukat Ġenerali Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej mill‑1995 sal‑1999, huwa serva bħala mħallef fl-Awla tal-Kwistjonijiet Amministrattivi tat-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) mill‑1999 sal‑2015.

    Minbarra dawn il-funzjonijiet, M. Campos Sánchez-Bordona kien membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA-Ewropa) mill‑2006 sal‑2014.

    Huwa nħatar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2015.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Junta Electoral Central (Spanja) mill 2012 sal 2015

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista Española de Derecho Europeo

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista General de Derecho Europeo

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revista de Derecho Comunitario Europeo

  • Eugene Regan

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1952 f’Kilcoon (l-Irlanda), Eugene Regan wettaq l-istudji tiegħu fil-University College Dublin (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Dublin, l-Irlanda), fejn kiseb lawrea fix-xjenzi politiċi u ekonomiċi fl‑1974 u master fl-ekonomija politika fl‑1975. Huwa kkompleta l-kors tal-istudji b’master fid-dritt internazzjonali u fid-dritt ikkomparat fl-Université libre de Bruxelles (l-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju) fl‑1979.

    Fl‑1975, huwa wettaq il-funzjonijiet ta’ analista ekonomiku fl-Irish Farmers’ Association (IFA) (l‑Assoċjazzjoni tal-Bdiewa Irlandiżi, Dublin). Mill‑1975 sal‑1979, huwa eżerċita diversi attivitajiet marbuta mal-protezzjoni tas-setturi agrikoli Irlandiżi li wassluh fid-direzzjoni tal-Uffiċċju tal-IFA fil‑Komunità Ekonomika Ewropea. Huwa ġie nnominat direttur ġenerali tal-Irish Meat Exporters Association (l‑Assoċjazzjoni tal-Esportaturi tal-Laħam tal-Irlanda) mill‑1980 sal‑1984. Wara dan il-perijodu, bejn l‑1985 u l‑1988, li matulu kien il-kunsillier politiku ta’ Peter Sutherland, kummissarju inkarigat għall-kompetizzjoni fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, huwa kompla l-attivitajiet tiegħu fis-settur agrikolu, mill‑1989 sal‑1995, bħala direttur ġenerali ta’ attur prinċipali tas-suq Irlandiż tal-kummerċ tal-laħam.

    Eugene Regan huwa Barrister fl-Honorable Society of King’s Inns (Dublin) mill‑1985 u hija f’din il-kwalità li kien jeżerċita fl-avukatura tal-Irlanda mill‑1995 sal‑2005, u bħala Senior Counsel mill‑2005 sal‑2015. Mill‑2007 sal‑2011, huwa assuma wkoll il-funzjonijiet ta’ membru tas-Seanad (is-Senat, l-Irlanda).

    Eugene Regan inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2015. Elett mill-pari tiegħu bħala President ta’ Awla, huwa okkupa din il-kariga fil-Qorti tal-Ġustizzja bejn id‑9 ta’ Ottubru 2012 u s‑7 ta’ Ottubru 2024.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Bencher of the Honorable Society of King’s Inns, Dublin (l-Irlanda)

    Direttur tal-Irish Centre for European Law, Dublin (l-Irlanda)

  • Nuno José Cardoso da Silva Piçarra

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1957 f’Sintra (il-Portugall), Nuno Piçarra studja d-dritt fl-Universidade de Lisboa (l-Università ta’ Lisbona, il-Portugall); huwa ggradwa fl-1980 u minn hemm kiseb, fl-1986, master fid-dritt. Huwa, iktar tard, fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade Nova de Lisboa (l-Università Ġdida ta’ Lisbona, il-Portugall) li huwa ddedika ruħu għall-formulazzjoni ta’ teżi u kiseb, fl-2003, dottorat fid-dritt.

    Fil-kuntest tal-karriera universitarja tiegħu, huwa l-ewwel kien assistent fid-dritt fil-Fakultà tal-Liġi tal-Universidade de Lisboa bejn l-1981 u l-1986, imbagħad professur mistieden fl-institut d’études européennes de l’Universität des Saarlandes (l-Istitut ta’ Studji Ewopej tal-Università ta’ Saarland), mill-1987 sal-1996. Huwa okkupa l-pożizzjonijiet ta’ professur awżiljarju mill-2003 sal-2008 u ta’ professur assoċjat mill-2008 sal-2018 fl-Universidade Nova de Lisboa. Huwa barra minn hekk għallem bħala professur fl-Universidad Pontificia Comillas (l-Università Pontifiċja ta’ Comillas, Spanja) mill-2014 sal-2018. L-impenn tiegħu fir-riċerka xjentifika huwa rifless f’pubblikazzjonijiet numerużi li tagħhom huwa l-kittieb fil-qasam tad-dritt kostituzzjonali u fl-oqsma tad-dritt tal-Unjoni li jirrigwarda b’mod partikolari ż-żona ta’ libertà, is-sigurta u l-ġustizzja, il-moviment liberu tal-persuni u d-dritt istituzzjonali.

    Fl-1986 Nuno Piçarra daħal għall-ewwel darba fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja. Huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ ġurista lingwista sal-1987, imbagħad ta’ ġurista reviżur mill-1987 sal-1990. Huwa sar référendaire fl-1990 bħala parti mill-Qorti tal-Prim Istanza fl-uffiċċju tal-President José Luís da Cruz Vilaça, li miegħu kkollabora sal-1995, qabel ma ngħaqad mal-uffiċċju tal-Imħallef Rui Manuel Gens de Moura Ramos sal-1996.

    Mill-1996 sal-1999, il-gvern ta’ pajjiżu fdalu l-funzjonijiet ta’ koordinatur nazzjonali għall-kwistjonijiet tal-moviment liberu tal-persuni fiż-żona Ewropea fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, kif ukoll dawk ta’ membru tal-Kumitat K4 tal-Kunsill u tal-Grupp Ċentrali tal-Istruttura ta’ Konċertazzjoni Permanenti tal-Ftehim ta’ Schengen.

    Huwa ġie nnominat membru Portugiż tan-network FreSsco ta’ esperti indipendenti fl-oqsma tal-moviment liberu tal-ħaddiema u tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali fi ħdan l-Unjoni Ewropea u membru tan-network akkademiku Odysseus tal-istudji ġuridiċi dwar l-immigrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa, mill-2004 sal-2018. Huwa poġġa wkoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Aġenzija tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fi Vjenna (l-Awstrija) mill-2015 sal-2018.

    Nuno Piçarra ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑8 ta’ Ottubru 2018, kariga li jeżerċita minn dakinhar.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Koorganizzatur u relatur ġenerali tat-XXVIII Kungress FIDE li nżamm f’Estoril (il-Portugall) mit 23 sas 26 ta’ Mejju 2018

  • Andreas Kumin

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1965 fi Graz (l-Awstrija), Andreas Kumin wettaq l-istudji tiegħu fil-Karl-Franzens-Universität Graz (l-Università Karl-Franzens ta’ Graz, l-Awstrija) u hemm kiseb wieħed wara l-ieħor lawrea fl-1987 u dottorat fid-dritt fl-1990. Din l-istess università assenjatlu diploma tal-ewwel grad fix-xjenzi tat-traduzzjoni fl-1988. Fil-kors tal-formazzjoni tiegħu bħala uffiċjal għażel, fl-1991, lil Franza biex ikompli l-istudji tiegħu fi ħdan l-École nationale d’administration (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, ENA, Franza), li minnha ggradwa fil-kors “Studji internazzjonali approfonditi ta’ amministrazzjoni pubblika” fl-1992.

    Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak fl-1990 u kompliha sal-1994, l-ewwel fid-Dipartiment Ġuridiku, imbagħad fid-Direttorat Ġenerali tal-Politika tal-Integrazzjoni Ekonomika u Ewropea. Mill-1994 sal-2000, huwa kellu l-pożizzjoni ta’ kunsillier fil-missjoni permanenti tal-Awstrija għall-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-istituzzjonijiet speċjalizzati f’Genève (l-Isvizzera). Mill-2000 sal-2019, huwa kompla jaqdi d-dmirijiet tiegħu fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, l-ewwel bħala kap tad-diviżjoni “Kwistjonijiet ġuridiċi tal-ewwel pilastru tal-Unjoni Ewropea”, u wara, mill-2005 sal-2019, bħala kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ewropew.

    Ir-redazzjoni ta’ pubblikazzjonijiet numerużi fuq id-dritt tal-Unjoni mlew il-karriera universitarja mibdija fl-2007 bħala kap tal-korsijiet fl-Istitut tad-Dritt Ewropew u Internazzjonali tal-Leopold-Franzens-Universität Innsbruck (l-Università Leopold-Franzens ta’ Innsbruck, l-Awstrija), b’mod partikolari bħala kap tal-konferenzi, mill-2012 sal-2018, fid-Diplomatische Akademie Wien (l-Iskola tal-Istudji Għolja Internazzjonali ta’ Vjenna, l-Awstrija) u, mill-2014, bħala kodirettur ta’ diversi seminars fil-Wirtschaftsuniversität Wien (l-Università tal-Ekonomija ta’ Vjenna, l-Awstrija). Fl-aħħar nett, ingħata kuntratt, għall-perijodu mill-2014 sal-2019, ta’ professur fl-Istitut tad-Dritt Ewropew tal-Karl-Franzens-Universität Graz, li bih kompla jgħallem bħala professur onorarju fl-2020.

    Andreas Kumin ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑20 ta’ Marzu 2019, pożizzjoni li jokkupa minn dak iż-żmien.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    • Parteċipazzjoni regolari, fuq stedina tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Awstrijak, fis-sessjonijiet tal-“Beirat für Europarecht” (il-Kunsill Informali Konsultattiv fuq id-Dritt Ewropew)

    Titoli u onorifiċenzi

    • Professur onorarju tad-dritt Ewropew tal-Karl-Franzens-Universität, Graz (2020)
  • Niilo Jääskinen

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1958 f’Mikkeli (il-Finlandja), Niilo Jääskinen kiseb il-lawrea fid-dritt fl-1980 imbagħad, fl‑1982, diploma ta’ studji approfonditi fid-dritt fil-Helsingin yliopisto (l-Università ta’ Ħelsinki, il‑Finlandja). Fl-2008, fi ħdan din l-università sostna teżi tad-dottorat fid-dritt. L-interess tiegħu għat-tagħlim immanifesta ruħu kmieni u huwa wkoll fil-Helsingin yliopisto li sar kap tal-korsijiet mill-1980, pożizzjoni li okkupa sal-1986.

    Fl-1983, huwa eżerċita għal sena l-funzjonijiet ta’ référendaire u ta’ mħallef provviżorju fir‑Rovaniemen kihlakunnanoikeus (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Rovaniemi, il-Finlandja). Wara li okkupa, mill-1987 sal-1989, il-pożizzjoni ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għall-Ġustizzja Finlandiż, ġie nnominat kap tat-Taqsima tad-Dritt Ewropew u mexxa din it-taqsima bejn l-1990 u l-1995. Fl-istess ħin, huwa ħadem ta’ kunsillier ġuridiku fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Finlandiż bejn l-1989 u l‑1990. Bħala responsabbli għall-kwistjonijiet ġuridiċi u istituzzjonali, huwa pparteċipa fin-negozjati għall-adeżjoni tal-Finlandja mal-Unjoni Ewropea qabel ma okkupa, mill-1995 sal-2000, il‑pożizzjonijiet ta’ kunsillier u ta’ segretarju għall-affarijiet Ewropej u għall-kummissjoni ewlenija tal-Parlament Finlandiż.

    Wara li ntalab jagħti servizz fil-ġustizzja Finlandiża, Niilo Jääskinen wettaq, mill-2000 sal-2002, il‑funzjonijiet ta’ mħallef provviżorju fil-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il‑Finlandja), li fiha wara sar imħallef mill-2003 sal-2009.

    Huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja bħala Avukat Ġenerali fis‑7 ta’ Ottubru 2009, pożizzjoni li okkupa sas‑7 ta’ Ottubru 2015. Lura f’pajjiż twelidu, huwa kompla l-missjoni tiegħu ta’ mħallef fil‑Korkein hallinto-oikeus mill-2015 sal-2019, li matulhom wettaq funzjonijiet ta’ viċi president mill‑2018 sal-2019.

    Niilo Jääskinen ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2019, funzjoni li jwettaq minn dakinhar.

    Assenjazzjonijiet, pożizzjonijiet jew funzjonijiet oħra mhux remunerati

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Fakultà tal-Liġi ta’ Helsingin yliopisto

    Titoli u onorifiċenzi

    Kavallier tal-Ewwel Klassi tal-Ordni tal-Iljun tal-Finlandja (1994)

    Medalja għall-Mertu għal tletin sena servizz tal-Istat (2018)

    Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2008)

    Salib ta’ Kmandant tal-Ordni tal-Warda l-Bajda tal-Finlandja (2019)

  • Jean Richard de la Tour

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl‑1959 f’Le Dorat (Franza), Jean Richard de la Tour kiseb master fid-dritt fl-université Paris II (l-Università ta’ Pariġi II, Franza) fl‑1982 qabel beda taħriġ bħala maġistrat fl-École nationale de la magistrature (l-Iskola Nazzjonali tal-Maġistratura, Bordeaux, Franza), mill‑1984 sal‑1986.

    Maħtur imħallef fl‑1986, huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fit-tribunal d’instance de Limoges (il-Qorti tal-Maġistrati ta’ Limoges, Franza), fejn serva sal‑1988, qabel ma okkupa, mill‑1988 sal‑1996, kariga ta’ maġistrat fl-amministrazzjoni ċentrali tal-Ministeru għall-Ġustizzja Franċiża fid-Direttorat għall-Affarijiet Ċivili u għall-Ġustizzja. Bejn l‑1996 u l‑2004, huwa kien konsulent référendaire fil-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni, Pariġi, Franza).

    J. Richard de la Tour imbagħad qatta’ parti mill-karriera tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, li ngħaqad miegħu fl‑2004 sabiex jeżerċita, sal‑2006, il-funzjonijiet ta’ qarrej tas-sentenzi. Mill‑2006 sal‑2012, huwa serva bħala référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja mal-Imħallef Pernilla Lindh, u mbagħad mal-Imħallef Carl Gustav Fernlund.

    Fl‑2012, huwa rritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu fl-okkażjoni tal-ħatra tiegħu bħala Avukat Ġenerali fl-Awla Soċjali tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni). Huwa eżerċita dawn il-funzjonijiet hemmhekk waqt li fl-istess ħin eżerċita l-funzjonijiet ta’ chargé de mission mal-Prosekutur Pubbliku Ġenerali fil-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), sal‑2017. Imbagħad inħatar bħala l-Avukat Ġenerali Ewlieni fl-Awla Kummerċjali, Finanzjarja u Ekonomika tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni), pożizzjoni li okkupa mill‑2017 sal‑2020.

    Bejn l‑1998 u l‑2002, minbarra l-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, huwa sar membru tal-Kumitat għar-Rapport u għall-Istudji tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) u tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kundanni Kriminali tal-Cour de cassation (il-Qorti tal-Kassazzjoni) mill‑1999 sal‑2004. Mill‑2016 sal‑2020, huwa kien President tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Institut national des formations notariales (l-Istitut Nazzjonali tat-Taħriġ Nutarili, Franza).

    J. Richard de la Tour huwa Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mit‑23 ta’ Marzu 2020.

    Titoli u onorifiċenzi

    Kavallier tal-Ordre de la Légion d’honneur (2016)

  • Athanasios Rantos

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl-1953 f’Ateni (il-Greċja), Athanasios Rantos kiseb, fl-1976, lawrea fid-dritt mill‑Panepistimio Athinon (l-Università ta’ Ateni, il-Greċja) u kkompleta l-istudji tiegħu, fl-1990, b’master ta’ speċjalizzazzjoni fid-dritt Ewropew fl-Université libre de Bruxelles (l-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju). Fl-1992, huwa sar “Fellow” fl-Institut international des droits de l’homme (l-Istitut Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Genève (l-Isvizzera) u Strasbourg (Franza)).

    Fl-1978, huwa eżerċita għal sena l-professjoni ta’ avukat fl-avukatura ta’ Ateni, qabel ma ngħaqad mas-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja): bejn l-1979 u l-2020, hemmhekk okkupa suċċessivament il-funzjonijiet ta’ awditur, ta’ reġistratur tar-rikorsi mbagħad ta’ kunsillier, u wara laħaq viċi president u president. Mill-2000 sal-2020, huwa kien membru tal-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) u, mill-2011 sal-2020, president tal-Eidiko Dikastirio Agogon Kakodikias (il-Qorti Speċjali ta’ Kawżi Kontra Membri tal-Ġudikatura, il-Greċja). Mill-1996 sal‑2020, huwa kien parti, bħala membru mbagħad president, tal-Anotato Symvoulio Dioikitikis Dikaiosynis (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura Amministrattiva, il-Greċja). Mill-2011 sal-2020, huwa ddedika ruħu barra minn hekk għall-funzjonijiet ta’ president tal-Peitharchiko Symvoulio Melon Didaktikou Ereunitikou Prosopikou ton Anotaton Ekpaideutikon Idrymaton (il-Kunsill Dixxiplinari tal-Għalliema fl-Istabbilimenti ta’ Tagħlim Superjuri, il-Greċja).

    Fix-xifer tal-funzjonijiet ġudizzjarji tiegħu, Athanasios Rantos ġie inkarigat minn numerużi missjonijiet bħala president ta’ diversi kumitati ta’ elaborazzjoni ta’ abbozzi ta’ liġijiet. Huwa kien membru tal-Κentriki Nomoparaskeuastiki Epitropi (il-Kumitat Ċentrali ta’ Elaborazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġijiet, il-Greċja). L-inklinazzjoni tiegħu lejn it-tagħlim wasslitu barra minn hekk jagħti korsijiet tad-dritt Ewropew u tad-dritt amministrattiv fl-Ethniki Scholi Dimosias Dioikisis (il-Kulleġġ Nazzjonali tal-Amministrazzjoni, il-Greċja) mill-1990 sal-1994 imma wkoll, mill-1995 sal-2016, fl-Ethniki Scholi Dikastikon Leitourgon (il-Kulleġġ Nazzjonali tal-Maġistratura, il-Greċja). Ir-riflessjonijiet tiegħu fuq diversi temi ġuridiċi wasslu għal numru ta’ xogħlijiet ta’ riċerka, li minnhom il-parti l-kbira ġiet ippubblikata.

    Athanasios Rantos ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑10 ta’ Settembru 2020, liema funzjonijiet ilu jaqdi minn dakinhar.

  • Dimitrios Gratsias

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1957 f’Ateni (il-Greċja), Dimitrios Gratsias kiseb master fid-dritt mill-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u Kapodistrijana ta’ Ateni, il-Greċja) fl-1980, kif ukoll diploma ta’ studji fil-fond (DEA) fid-dritt pubbliku fl-université de Paris I, Panthéon-Sorbonne (l-Università ta’ Pariġi I, Panthéon-Sorbonne, Franza) fl-1981. Is-sena ta’ wara, is-Centre universitaire d'études communautaires et européennes, Université Paris I (iċ-Ċentru Universitarju ta’ Studji Komunitarji u Ewropej, Università ta’ Pariġi I, Franza) tah ċertifikat ta’ studji fid-dritt Komunitarju.

    Fl-1985, Dimitrios Gratsias beda l-karriera professjonali tiegħu fis-Symvoulio tis Epikrateias (il-Kunsill tal-Istat, il-Greċja), fejn ħa l-kariga ta’ awditur sal-1992. Huwa wara ġie nnominat, fl-1992, reġistratur tar-rikorsi, u wara kunsillier tal-istat, fl-2005. Fl-istess waqt, huwa ġie nnominat, membru assoċjat tal-Anotato Eidiko Dikastirio (il-Qorti Suprema Speċjali, il-Greċja) għal sentejn (1998-1999), u eżerċita, fl-2006, fl-Eidiko Dikastirio Agogon Kakodikias (il-Qorti Speċjali tal-Kawżi Kontra l-Membri tal-Ġudikatura, il-Greċja). Fl-2008, huwa eżerċita, bħala membru, fl-Anotato Dikastiko Symvoulio Dioikitikis Dikaiosinis (il-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura Amministrattiva, il-Greċja). Matul is-sena ġudizzjarja 2009-2010, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ spettur tal-qrati amministrattivi.

    Bejn l-1994 u l-1996, Dimitrios Gratsias ingħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja bħala référendaire fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Georges Cosmas.

    Dimitrios Gratsias kien Imħallef fil-Qorti Ġenerali bejn il‑25 ta’ Ottubru 2010 u s‑6 ta’ Ottubru 2021 u kellu l-inkarigu ta’ president ta’ awla għal matul żewġ mandati suċċessivi, mit‑18 ta’ Settembru 2013 sat‑30 ta’ Settembru 2019. Huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Elliniki Enosi Evropaikou Dikaiou

  • Miroslav Gavalec

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1961 fi Zlín (iċ-Ċekoslovakkja), Miroslav Gavalec l-ewwel kiseb lawrea ta’ inġinier mekkaniku fl-oqsma tal-magni termiċi u tat-tagħmir nukleari fiċ-České vysoké učení technické v Praze (l-Università Politeknika ta’ Praga, iċ-Ċekoslovakkja), u eżerċita diversi funzjonijiet fis-settur nukleari mill-1986 sal-1991.

    L-interess tiegħu għax-xjenzi soċjali wassluh isegwi, mill-1990 sal-1995, studji fid-dritt fl‑Univerzita Komenského v Bratislave (l-Università Comenius ta’ Bratislava, is-Slovakkja), imnejn kiseb, fl-1995, master fid-dritt, sussegwentement it-titolu ta’ duttur fid-dritt (PhD) fl‑2010.

    Fl-2001, ġie nnominat imħallef għall-affarijiet kummerċjali u familjari u mħallef għall-kontenzjuż amministrattiv fl-Okresný súd Bratislava III (il-Qorti Distrettwali ta’ Bratislava III, is-Slovakkja). Huwa ħadem hemm sal-2005, sena li fiha ngħaqad man-Najvyšší súd Slovenskej republiky (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka), li fiha ħadem bħala mħallef tat-taqsima amministrattiva u, mill-2009, bħala president tal-ewwel awla tat-taqsima amministrattiva.

    Flimkien mal-karriera ġudizzjarja, Miroslav Gavalec iddedika ruħu wkoll għall-attivitajiet ta’ tagħlim. Bejn l-2005 u l-2011, huwa kien responsabbli għall-korsijiet fl-Istitut tax-Xjenzi Ekonomiċi u għall-Amministrazzjoni tal-Paneurópska vysoká škola (il-Kulleġġ Ogħla Panewropew, is-Slovakkja). Mill‑2006 sal-2014, huwa kien lettur fl-Istituti tad-Dritt Amministrattiv u tad-Dritt Privat tal-Paneurópska vysoká škola.

    Miroslav Gavalec kien barra minn hekk membru tal-Forum tal-Imħallfin tal-Unjoni Ewropea għall-Ambjent mill-2005 sal-2020, u kien parti, mill-2006 sal-2015, mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin Amministrattivi.

    Miroslav Gavalec ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

  • Nicholas Emiliou

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled f’Famagusta (Ċipru), Nicholas Emiliou studja fl-Ethniko kai Kapodistriako Panepistimio Athinon (l-Università Nazzjonali u Kapodistrijana ta’ Ateni, il-Greċja) fejn kiseb lawrea fid-dritt fl‑1986. Kompla l-istudji tiegħu fil-London School of Economics and Political Science (l-Iskola tal-Ekonomija u Xjenza Politika ta’ Londra, ir-Renju Unit) u hemm kiseb master fid-dritt Ewropew fl-1987. Fl-1991, huwa laħaq duttur fid-dritt mill-University College London (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Londra, ir-Renju Unit).

    Huwa f’din l-università li beda l-karriera universitarja tiegħu bħala riċerkatur supplimentari, mill-1988 sal-1991. Wara kien lettur tad-dritt Ewropew fil-University of Southampton (l‑Università ta’ Southampton, ir-Renju Unit) mill-1991 sal-1993, imbagħad fil-Queen Mary and Westfield College, University of London (il-Kulleġġ Queen Mary u Westfield, l-Università ta’ Londra, ir‑Renju Unit), mill-1993 sal-1994. Bejn l-1995 u l-1997, huwa kien it-titolari tal-katedra Jean Monnet tal-integrazzjoni Ewropea fil-University of Durham (l-Università ta’ Durham, ir-Renju Unit). Mill-1994 sal-1997, fl-istess żmien ta’ dawn l-attivitajiet, Nicholas Emiliou kien id-direttur onorarju tar-riċerka (Honorary Senior Research Fellow) tal-University College London u kunsillier speċjali tal-Ministru Għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru.

    Bejn l-1997 u l-1998, huwa kien ministru plenipotenzjarju fid-Dipartiment tal-Unjoni Ewropea tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, sussegwentement, mill-1998 sal-1999, delegat permanenti supplimentari tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea.

    Mill-1999 sal-2002, Nicholas Emiliou kien ambaxxatur plenipotenzjarju u straordinarju tar-Repubblika ta’ Ċipru fl-Irlanda.

    Bejn l-2002 u l-2004, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Kunsill tal-Ewropa u rappreżentant tal-Gvern ta’ Ċipru fil-kawżi mressqa quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Fl-2004, ġie nnominat rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal-2008.

    Nicholas Emiliou ġie nnominat segretarju permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ta’ Ċipru, liema kariga okkupa sal-2012.

    Bejn l-2012 u l-2017, huwa sar rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, qabel ma ssejjaħ jaqdi l-funzjonijiet ta’ rappreżentant permanenti tar-Repubblika ta’ Ċipru għall-Unjoni Ewropea, mill-2017 sal-2021. Huwa poġġa wkoll fil-Grupp ta’ Arbitri tal-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ f’Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) mill-1995 sal-2016.

    Nicholas Emiliou ġie nnominat Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Assoċjazzjoni tad-Dritt Internazzjonali (fergħa Ċiprijotta)

    Membru tal-Organizzazzjoni Ewropea tad-Dritt Pubbliku (EPLO)

    Titoli u onorifiċenzi

    Kavallier Kmandant bi stilla, Ordni ta’ San Girgor il-Kbir, il-Vatikan (2010)

  • Zoltán Csehi

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl-1965 f’Budapest (l-Ungerija), Zoltán Csehi kiseb il-lawrea fid-dritt fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem (l-Università ta’ Loránd Eötvös, l-Ungerija) fl-1990 u diploma ta’ Master of Laws fir‑Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg (l-Università Ruprecht Karl ta’ Heidelberg, il-Ġermanja) fl‑1991. Huwa segwa l-istudji dottorali fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem, u sostna teżi dottorali fl-2004. Huwa wkoll lawreat fl-istorja tal-arti mill-Università ta’ Eötvös Loránd Tudományegyetem fl-1992.

    Wara li ġie ammess fl-avukatura ta’ Budapest, huwa beda karriera ta’ avukat fl-Ungerija bejn l-1995 u l‑2016. Fl-istess ħin tal-karriera ta’ avukat tiegħu, huwa ġie nnominat arbitru fil-Pénz és Tőkepiaci Állandó Választottbíróság (il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ tas-Swieq Finanzjarji u tas-Swieq ta’ Kapitali, l‑Ungerija) u arbitru ad hoc, mill-2004 sal-2016.

    Zoltán Csehi barra minn hekk iddedika ruħu għat-tagħlim tad-dritt bħala professur assoċjat, mill‑1991 sal-2005, imbagħad bħala professur, mill-2005 sal-2016, fl-Eötvös Loránd Tudományegyetem. Huwa għallem ukoll fi ħdan il-Pázmány Péter Katolikus Egyetem (l-Università Kattolika Péter Pázmány, l‑Ungerija), bħala kap tad-dipartiment tad-dritt kummerċjali mill-2007 sal-2013, u bħala professur mill‑2013. Hemmhekk assuma l-funzjonijiet ta’ kap tad-Dipartiment tad-Dritt Privat u Kummerċjali mill‑2013 sal-2016, u ta’ professur tar-riċerka fid-dritt privat u kummerċjali mill-2017, kif ukoll ta’ kap tad-Dipartiment tad-Dritt Ċivili mill-2018. Mill-2013, huwa kien professur mistieden fl-Università Kattolika ta’ Lyon (Franza).

    Zoltán Csehi ġie nnominat Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016 fejn eżerċita dawn il-funzjonijiet għal ħames snin qabel ma’ ġie maħtur f’din il-funzjoni fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità 

    Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Alapítvány Az Új Polgári Törvénykönyvért

    Membru tal-Magyar Tudományos Akadémia Köztestülete

    Membru tal-Gesellschaft für Rechtsvergleichung e.V.

    Membre de la Magyar-Német Jogász Egyesület

  • Tamara Ćapeta

    Avukata Ġenerali

    Bijografija

    Imwielda fl-1967 f’Żagreb (il-Kroazja), Tamara Ćapeta bdiet l-istudji tagħha fl-iSveučilište u Zagrebu (l-Università ta’ Żagreb, il-Kroazja), fejn kisbet diploma fid-dritt fl-1991. Hija kompliet l-istudji tagħha fil-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) imnejn kisbet, fl-1993, master fl-istudji avvanzati Ewropej. Lura fl-iSveučilište u Zagrebu, hija bdiet ir-redazzjoni ta’ teżi u laħqet duttur tad-dritt fl‑2001.

    Tamara Ćapeta bdiet il-karriera professjonali tagħha fl-1992 bħala uffiċjal fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Kroat, fi ħdan id-Dipartiment għall-Integrazzjoni Ewropea u d-Dipartiment tal-Aġenziji tal-ONU b’sede fl-Ewropa. Bejn l-1994 u l-1997, hija wettqet xogħol ta’ riċerka fuq il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea fl-Institut za razvoj i međunarodne odnose (l-Istitut għall-Iżvilupp u r‑Relazzjonijiet Internazzjonali, il-Kroazja).

    Hija bdiet karriera universitarja fl-1997, bħala assistent universitarju fi ħdan id-Dipartiment tad-Dritt Kummerċjali u tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Fakultà tal-Ekonomija fl-iSveučilište u Zagrebu. Mill‑2002, hija saret professur fil-Fakultà tal-Liġi fl-iSveučilište u Zagrebu, fejn kienet wieħed mill-membri fundaturi tad-Dipartiment tad-Dritt Pubbliku Ewropew.

    Mill-2013 sal-2014, Tamara Ćapeta ġiet innominata kap tad-diviżjoni ta’ traduzzjoni tal-ilsien Kroat fid-Direttorat Ġenerali tal-Multilingwiżmu tal-Unjoni Ewropea, perijodu li fih kompliet l-attività ta’ tagħlim fl-iSveučilište u Zagrebu. Mill-2015 sal-2021, ġiet innominata kap tad-Dipartiment tad-Dritt Pubbliku Ewropew u direttur tal-Programm ta’ Studji tat-Tielet Grad fid-Dritt Ewropew. Fundatriċi, fl‑2018, taċ-Ċentru ta’ Eċċellenza Jean Monnet, iddedikat għar-riċerka fuq l-istat tad-dritt, hija assumiet ir-rwol ta’ koordinatur tiegħu mill-2018 sal-2021.

    Tamara Ćapeta hija l-awtur ta’ pubblikazzjonijiet numerużi fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni. Hija l‑fundatriċi ta’ rivista internazzjonali fid-dritt tal-Unjoni, l-unika eżistenti llum fil-Kroazja, li tagħha hija kienet ukoll l-editur ewlieni mill-2010 sal-2015. Fl-istess żmien tal-attività ta’ tagħlim tagħha fl‑iSveučilište u Zagrebu, hija kienet, bejn l-2005 u l-2010, professur mistieden fid-dritt tal-Unjoni fil‑kuntest tal-programm ta’ skambji tal-Fakultà tal-Liġi tal-Indiana University (l-Università ta’ Indiana, l-Istati Uniti) wara, fl-2016, fil-University of Pittsburgh (l-Università ta’ Pittsburgh, l-Istati Uniti) u fiż‑Zhōngguó Zhèngfǎ Dàxué (l-Università Ċiniża tax-Xjenzi Politiċi u tad-Dritt, iċ‑Ċina). Hija għallmet ukoll lill-imħallfin u lill-uffiċjali Kroati fil-kuntest tal-programmi ta’ taħriġ kontinwat fid-dritt tal-Unjoni, organizzati mill-Pravosudna akademija (l-Akkademja Ġudizzjarja, il-Kroazja) u mid‑Državna škola za javnu upravu (il-Kulleġġ tal-Istat tal-Amministrazzjoni Pubblika, il-Kroazja).

    Fl-2020, Tamara Ćapeta ġiet innominata minn kumitat imħallat tal-Unjoni Ewropea membru tal-grupp speċjali ta’ arbitraġġ għall-ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit, funzjonijiet li waqfet twettaq wara n-nomina tagħha bħala Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja.

    Tamara Ćapeta ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Assoċjazzjoni Kroata tal-ex lawreati Fulbright

    Membru tal-Assoċjazzjoni Kroata tal-ex studenti tal-Collège d’Europe

    Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Università għall-Istudji Kontemporanji Ewropej (UACES)

    Membru tal-Assoċjazzjoni tal-ex studenti tal-Collège d’Europe

    Membru tal-Federazzjoni Internazzjonali għad-Dritt Ewropew (FIDE)

    Membru tal-Hrvatske udruge za europsko pravo (CROSEL)

    Membru tal-Hrvatske udruge za studij Europske unije (CEUSA)

    Membru tal-Hrvatski pravni centar (HPC)

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Annwarju Kroat tad-Dritt u Politika Ewropej

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Collana di Diritto per l’Economia del Dipartimento di Studi economico-aziendali e Diritto per l’Economia – tal-Università degli Studi di Milano-Bicocca

  • Laila Medina

    Avukata Ġenerali

    Bijografija

    Imwielda fl-1971 f’Jelgava (il-Latvja), Laila Medina studjat fl-IMO International Maritime Law Institute (l-Istitut tad-Dritt Marittimu Internazzjonali, Malta) u hemm kisbet master fid-dritt marittimu internazzjonali fl-1995. Sussegwentement, fl-2002, hija kisbet master fid-dritt tal-Unjoni fir-Rīgas Juridiskā augstskola (il-Kulleġġ Ogħla tad-Dritt ta’ Riga, il-Latvja).

    Mill-1995, daħlet fid-Dipartimenti tal-Ministru għat-Trasport bħala kap tad-Diviżjoni Ġuridika u direttriċi supplimentari tad-Dipartiment Marittimu. Hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha hemm sal‑2002, is-sena tan-nomina tagħha, fi ħdan dan il-ministeru, ta’ pożizzjoni ta’ kunsillier tas-segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ewropej.

    Mill-2004 sal-2005, Laila Medina okkupat il-pożizzjoni ta’ kap supplimentari tal-Uffiċċju tal-Affarijiet Ewropej fil-Kanċellerija tal-Istat tar-Repubblika tal-Latvja.

    Fl-2005, hija ngħaqdet mad-dipartimenti tal-Ministeru għall-Ġustizzja Latvjan bħala direttriċi tad-Dipartiment tal-Pjanifikazzjoni tal-Politiki. Mill-2006, hija assumiet fil-funzjonijiet ta’ segretarju tal-Istat fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Supplimentari għall-Politika Settorjali, sussegwentement dawk ta’ segretarju tal-Istat Supplimentari għall-Politika Ġuridika mill-2009 sal-2021.

    Il-karriera ta’ Laila Medina inkludiet ukoll attivitajiet ta’ tagħlim. Bejn l-1998 u l-2006, hija kienet responsabbli għall-kors tad-dritt Ewropew u d-dritt istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea fil-Valsts administrācijas skola (il-Kulleġġ ta’ Amministrazzjoni Pubblika, il-Latvja). Fl-2012, hija tat ukoll taħriġ lill-membri tal-ġudikatura u lin-nutara dwar ir-Regolament Ruma III. Fl-aħħar nett, mill-2008, hija kienet membru tal-Kunsill tal-Fakultà tal-Liġi tal-Biznesa augstskola Turība (il-Kulleġġ Ogħla tal-Kawżi “Turība”, il-Latvja).

    Laila Medina ġiet innominata Avukata Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2021.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru fundatur tal-Association of European Competition Law Judges

    Membru tal-bord ta’ amministrazzjoni tal-Eiropas Savienības tiesību asociācija

    Membru tal-kumitat konsultattiv tal-e Competitions Bulletin

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    Midalja tad-deheb tat-tielet klassi tas-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tal-Latvja: għall-eżerċizzju eżemplari, onest u innovattiv tal-funzjonijiet uffiċjali fil-qasam tal-ġustizzja u għall-iżvilupp tal-konoxxenzi u tal-professjonaliżmu tal-persuni li huma parti mis-sistema ġudizzjarja (2011)

    Għoti ta’ salib mill-Kanċellerija tal-President tar-Repubblika tal-Latvja bħala rikonoxximent għal servizzi speċjali fl-oqsma tal-affarijiet pubbliċi, tal-kultura, tax-xjenzi, tal-isport u tal-edukazzjoni (2022)

  • Bernardus (Ben) Maria Polycarpus Smulders

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1960 f’Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi), Bernardus (Ben) Maria Polycarpus Smulders kiseb master fid-dritt fl-Universiteit Leiden (l-Università ta’ Leiden, il-Pajjiżi l-Baxxi) fl‑1983. Huwa kompla l-istudji tiegħu fil-London School of Economics and Political Science (l-Iskola tal-Ekonomija u Xjenza Politika ta’ Londra, ir-Renju Unit) u hemm kiseb master fid-dritt fl‑1984. Fl‑2010 segwa taħriġ fil-London Business School (l-Iskola tan-Negozju ta’ Londra, ir-Renju Unit), fl‑2011 fl‑INSEAD Fontainebleau (Franza) u fl‑2018 fl-iStanford Business School (l-Iskola tan-Negozju ta’ Stanford, l-Istati Uniti).

    Fl‑1985, B. Smulders beda l-karriera professjonali tiegħu bħala avukat iskritt fil-Kamra tal-Avukati ta’ Amsterdam u eżerċita dawn il-funzjonijiet sal‑1990.

    Huwa ngħaqad mas-Servizz Legali tal-Kummissjoni Ewropea fl‑1991 u ħadem hemm sal‑1994 fi ħdan it-tim “Moviment liberu tal-kapital, libertà ta’ stabbiliment, libertà li jiġu pprovduti servizzi, tassazzjoni, Unjoni Doganali u Unjoni Ekonomika u Monetarja” u t-tim “Kontroll tal-għajnuna mill-Istat u antidumping”.

    B Smulders kompla l-karriera tiegħu mal-Kummissjoni bħala membru tal-kabinett tal-Kummissarju inkarigat mir-Relazzjonijiet Esterni u t-Tkabbir Hans van den Broek (1995‑1999), tal-Kummissarju responsabbli għas-Suq Intern, għat-Tassazzjoni u għall-Unjoni Doganali, Frits Bolkestein (1999‑2000) u tal-President Romano Prodi (2000‑2004). Mill‑2004 sal‑2008, huwa kien kap tal-kabinett tal-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes, u sussegwentement konsulent legali prinċipali, bħala direttur, mat-tim “Istituzzjonijiet u Unjoni Ekonomika u Monetarja” tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni (2008‑2014). Huwa sar kap tal-kabinett tal-ewwel Viċi President tal-Kummissjoni Frans Timmermans (2014‑2019), u sussegwentement konsulent legali prinċipali, bħala direttur, mat-tim “Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u Politika Kummerċjali” tas-Servizz Legali tal-Kummissjoni (2020‑2022). Mill‑2022 sal‑2024, huwa kien Assistent Direttur Ġenerali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni tal-Kummissjoni, fejn kien responsabbli għall-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.

    Mill‑2012, huwa jeżerċita okkażjonalment funzjonijiet ta’ Mħallef supplenti fi ħdan l-awla ċivili u kummerċjali tal-Gerechtshof Den Haag (il-Qorti tal-Appell ta’ Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi), li tittratta b’mod partikolari kawżi li jirrigwardaw ir-responsabbiltà tal-Istat fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, tad-dritt internazzjonali pubbliku jew ta’ kwistjonijiet ta’ immunità minn eżekuzzjoni ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, huwa jiddedika ruħu għal karriera universitarja, prinċipalment fid-dritt internazzjonali u Ewropew, bħala lettur tal-konferenzi fil-Fondazione Collegio Europeo di Parma (il-Kulleġġ Ewropew ta’ Parma, l-Italja) mill‑2003 kif ukoll fl-Università Paris-Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi-Panthéon-Assas, Franza) mill‑2019 u bħala professur mistieden fil-Vrije Universiteit Brussel (l-Università Libera ta’ Brussell, il-Belġju) kif ukoll fil-Collège d’Europe ta’ Bruges (il-Belġju) mill‑2013. Huwa għallem ukoll fl-Universiteit van Amsterdam (l-Università ta’ Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) u fir-Radboud Universiteit Nijmegen (l-Università Radboud ta’ Nijmegen, il-Pajjiżi l-Baxxi) mill‑1994 sal‑2005. Mill‑2002 sal‑2022, B. Smulders kien membru u, sussegwentement, president tal-Curatorium tal-Europa Instituut tal-Fakultà tal-Liġi tal-Universiteit Leiden. Mill‑2008 sal‑2024, huwa kien membru tal-kumitat editorjali tal-Common Market Law Review.

    Huwa l-awtur ta’ diversi xogħlijiet u artikli b’mod partikolari fil-qasam tad-dritt tal-kompetizzjoni, tad-dritt istituzzjonali, tal-protezzjoni tal-Istat tad-dritt, tas-suq intern u tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja.

    Ben Smulders ġie nnominat Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2024.

  • Dean Spielmann

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl‑1962 fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat tal-Lussemburgu), Dean Spielmann kiseb diploma fid-dritt fl‑1988 fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain, il-Belġju) qabel ma kompla l-istudji tiegħu fil-Fitzwilliam College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit), fejn kiseb it-titolu ta’ Master of Laws fl‑1990.

    Huwa eżerċita l-professjoni ta’ avukat mal-Kamra tal-Avukati tal-Lussemburgu mill‑1989 sal‑2004 u barra minn hekk kompla karriera universitarja fit-tagħlim tad-dritt kriminali, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, fost oqsma oħra. Mill‑1991 sal‑1997, huwa okkupa pożizzjoni ta’ assistent riċerkatur fl-Université catholique de Louvain (l-Università Kattolika ta’ Louvain) u ta’ lettur assoċjat fl-Université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu) mill‑1996 sal‑2006. Bejn l‑1997 u l‑2009, kien ukoll lettur fl-Université Nancy II (l-Università Nancy II, Franza) u, fl‑2017 u fl‑2018, għallem fl-Institut d'études politiques de Paris (l-Istitut ta’ Studji Politiċi ta’ Pariġi, Franza).

    Barra minn hekk, huwa awtur ta’ numru ta’ xogħlijiet u artikli, u membru ta’ Kumitati Xjentifiċi u Editorjali ta’ numru ta’ rivisti legali.

    Fl‑2000, huwa nħatar membru tal-kummissjoni konsultattiva tad-drittijiet tal-bniedem fil-Lussemburgu, li fiha huwa serva sal‑2004. Bejn l‑2002 u l‑2004, kien ukoll membru tal-Kumitati tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dritt Kriminali tal-Conseil des barreaux européens (il-Kunsill tal-Kmamar tal-Avukati Ewropej, CCBE), iżda wkoll tan-netwerk tal-Unjoni Ewropea ta’ esperti indipendenti fil-qasam tad-drittijiet fundamentali.

    Maħtur imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasbourg (Franza) fl‑2004, sar suċċessivament president ta’ sezzjoni fl‑2011, Viċi President fl‑2012 u sussegwentement President bejn l‑2012 u l‑2015.

    1. Spielmann inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fit‑13 ta’ April 2016 fejn żgura l-funzjonijiet ta’ President tal-Awla mit‑30 ta’ Settembru 2019.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tal-Kumitat tat-Taqsima Lussemburgiża tal-Association Henri Capitant des amis de la culture juridique française

    Membru tal-Kumitat ta’ Onorifiċenza tal-Fondation René Cassin - Institut international des droits de l’homme

    Membru tal-Bord ta’ Amministrazzjoni tal-Observatoire luxembourgeois de droit européen (OLDE)

    Kofondatur u kodirettur tal-pubblikazzjoni tal-Annales du droit luxembourgeois

    Membru tal-Kumitat Editorjali tar-Revue de droit pénal et de criminologie

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-European Review of Private Law

    Membru tal-Kumitat Editorjali tar-revue Droit des affaires – Het Ondernemingsrecht (DAOR)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Annuaire international des droits de l’homme

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue trimestrielle des droits de l'homme

    Membru tal-Curatorium Konsultattiv tal-kollezzjoni bil-Ġermaniż tas-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (N.P. Engel Verlag)

    Membru tal-Kumitat Editorjali tal-Kritische Vierteljahresschrift für Gesetzgebung und Rechtswissenschaft

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-Revista do Instituto Brasileiro de Direitos Humanos

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-Revue de la faculté de droit de l’Universidade Federal do Maranhão (UFMA)

    Membru tal-Kumitat Xjentifiku tal-Journal européen des droits de l’homme

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tar-rivista “The ECHR Law Review”, University of Liverpool

    Membru tal-Istitut Grand-Ducal, section des Sciences morales et politiques (il-Lussemburgu)

    Membru tal-Cambridge Society of Luxembourg

    Membru tal-Oxford and Cambridge Club (Londra)

    Membru tal-Herbert Howells Society

    Membru tar-Royal College of Organists

    Titoli u onorifiċenzi

    Dottorat honoris causa, Yerevani Petakan Hamalsaran (2013)

    Professur onorarju, University College London (University of London) (2013)

    Honorary Bencher de Gray’s Inn, Londra (2013)

    Honorary Fellow tal-Fitzwilliam College, University of Cambridge (2013)

    Salib il-Kbir tal-Ordni Ekwestri ta’ Santa Agata (San Marino) (2014)

    Commandeur de la Légion d’honneur, Franza (2015)

    Commandeur de l’ordre de Mérite, il-Lussemburgu (2015)

    Dottorat honoris causa, Universitatea din București (l-Università ta’ Bukarest) (2015)

    Dottorat honoris causa, Universitatea Babeș-Bolyai (l-Università ta’ Cluj-Napoca) (2015)

    Dottorat honoris causa (Hon. LL.D.), University College London (University of London) (2016)

  • Andrea Biondi

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl‑1965 f’Firenze (l-Italja), Andrea Biondi studja fl-Università degli Studi di Firenze (l‑Università ta’ Firenze, l-Italja), fejn kiseb master fid-dritt fl‑1990, u wara dottorat fid-dritt komparattiv fl‑1996.

    Huwa beda l-karriera universitarja tiegħu fil-University College London (il-University College ta’ Londra, ir-Renju Unit) fl‑1993, imbagħad, bejn l‑1994 u l‑1997, huwa ngħaqad mal-University of Birmingham (l-Università ta’ Birmingham, ir-Renju Unit). Fl‑1997, huwa ngħaqad mal-King’s College London (il-King’s College ta’ Londra, ir-Renju Unit), fejn huwa sar professur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fl‑2006, funzjonijiet li huwa eżerċita minn dak iż-żmien. Mill‑2001 sal‑2024, huwa kien ukoll direttur taċ-Ċentru tad-Dritt Ewropew fil-King’s College London.

    Matul il-karriera tiegħu, A. Biondi għallem regolarment bħala professur mistieden f’universitajiet magħrufa, b’mod partikolari l-Libera Università Internazionale degli Studi Sociali Guido Carli “LUISS” (l-Università Internazzjonali tal-Istudji Soċjali Guido Carli, l-Italja), l-Università Bocconi (l-Università Bocconi, l-Italja), l-Università degli Studi di Roma “La Sapienza” (l-Università ta’ Ruma “La Sapienza”, l-Italja), il-Freie Universität Berlin (l-Università Libera ta’ Berlin, il-Ġermanja), l-université Paris II Panthéon-Assas (l-Università ta’ Pariġi II Panthéon-Assas, Franza), il-Georgetown University (l-Università ta’ Georgetown, l-Istati Uniti) u l-kampus tal-Collège d’Europe (il-Kulleġġ tal-Ewropa) f’Natolin (il-Polonja).

    Fl‑2021, huwa sar Viċi President tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER).

    A. Biondi ġie ammess fil-kamra tal-avukati Taljana fl‑2001 u sussegwentement ingħaqad ma’ żewġ uffiċċji ta’ avukati f’Londra bħala konsulent espert bejn l‑2003 u l‑2024.

    Huwa l-awtur ta’ diversi xogħlijiet u pubblikazzjonijiet b’mod partikolari dwar id-dritt tal-Unjoni.

    A. Biondi nħatar Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2024.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Editur ġenerali tal-European Monographs Series

    Membru tal- Associazione Italiana Studiosi di Diritto dell’Unione Europea

    Membru tal-Associazione Italiana Giuristi Europei

    Membru tal-kumitat editorjali tad-Diritto ed Impresa

    Membru tal-kumitat editorjali tal-Eurojus

    Membru tal-kumitat editorjali tal-European Public Law

    Membru tal-kumitat editorjali tal-European State Aid Law Quarterly

    Membru tal-kumitat editorjali tal-Federalismi

    Membru tal-kumitat editorjali tal-Ordine Internazionale e Diritti Umani

    Membru tal-kumitat editorjali tal-Papers di Diritto Europeo

    Membru tal-kumitat editorjali tar- Rivista Italiana di Diritto Pubblico Comunitario

    Membru tal-kumitat editorjali ta’ La Nuova Giuridica – Florence Law Review

    Membru tal-kumitat konsultattiv tal-United Kingdom Association for European Law

    Titoli u onorifiċenzi

    Cavaliere dell’Ordine della Stella tar-Repubblika Taljana b’rikonoxximent tal-promozzjoni tal-prestiġju nazzjonali tal-Italja barra mill-pajjiż u tal-karriera universitarja tiegħu (2015)

  • Stéphane Gervasoni

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1967 fi Voiron (Franza), Stéphane Gervasoni huwa ggradwat mill-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Grenoble (Franza) fl‑1988 u mill-École nationale d’administration (ENA) (l-Iskola Nazzjonali tal-Amministrazzjoni) (Franza) fl‑1993 (Promotion Léon Gambetta).

    Huwa fil-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Pariġi, Franza) li beda, fl‑1993, il-karriera professjonali tiegħu bħala uffiċjal tas-smigħ u sussegwentement, mill‑1996, okkupa l-kariga ta’ maître des requêtes (kariga li żamm sal‑2008, sena li fiha nħatar fil-grad ta’ konsulent tal-Istat). F’din il-kapaċità, huwa eżerċita l-funzjonijiet ta’ mħallef relatur fit-taqsima tal-kontenzjuż sal‑1997, u fl-istess ħin serva fit-taqsima soċjali (mill‑1996 sal‑1997). Fl‑istess waqt, huwa ngħata wkoll, mill‑1994 sal‑1996, il-funzjonijiet ta’ kummissarju tal-gvern mal‑kumitat speċjali ta’ kassazzjoni tal-pensjonijiet, li dak iż-żmien kien temporanjament inkluż fil‑Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), u, mill‑1995 sal‑1997, dawk ta’ konsulent legali mal-Ministeru għas‑Servizz Pubbliku Franċiż u tal-Ville de Paris.

    Fl‑1997, Stéphane Gervasoni ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Yonne (Franza) bħala segretarju ġenerali, inkarigat ukoll bil-funzjonijiet ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Auxerre, funzjonijiet li huwa eżerċita sal‑1999. Sussegwentement huwa ngħaqad mal-prefettura tad-Dipartiment ta’ Savoie (Franza) fejn assuma, mill‑1999 sal‑2001, il-funzjonijiet ta’ segretarju ġenerali u dawk ta’ subprefett tad-Distrett ta’ Chambéry (Franza).

    Il-funzjonijiet li Stéphane Gervasoni eżerċita fi ħdan il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat) u l-amministrazzjoni pubblika wassluh fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fejn huwa ngħaqad bħala référendaire mal-Imħallef Jean-Pierre Puissochet, mill‑2001 sal‑2005. Huwa nħatar Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea fil‑5 ta’ Ottubru 2005, jum li fih ġiet stabbilita din il-qorti li kienet għadha kemm inħolqot. Huwa eżerċita l-funzjonijiet tiegħu hemmhekk sas‑6 ta’ Ottubru 2011, u dan bħala President ta’ Awla bejn is‑6 ta’ Ottubru 2008 u s‑6 ta’ Ottubru 2011.

    Imsejjaħ lura fil-funzjonijiet tiegħu mal-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat), Stéphane Gervasoni kien, mill‑2011 sal‑2013, assistent tal-President tat-Tmien Awla tat-taqsima tal-kontenzjuż.

    Barra minn hekk, huwa ddedika ruħu għal attivitajiet ta’ tagħlim, bħala lettur anzjan, mill‑1993 sal‑1995, fi ħdan l-Institut d’études politiques (IEP) (l-Istitut ta’ Studji Politiċi) ta’ Pariġi, u mal-Université de Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu), mill‑2016. Barra minn hekk, huwa kien ukoll membru titolari tal-Bord tal-Appelli tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO) mill‑2001 sal‑2005, u membru tal-Bord tal-Appelli tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) mill‑2011 sal‑2013.

    Stéphane Gervasoni nħatar Imħallef tal-Qorti Ġenerali fis‑16 ta’ Settembru 2013. Elett darbtejn minn sħabu bħala President ta’ Awla, huwa serva f’din il-kariga mill‑21 ta’ Settembru 2016 sad-19 ta’ Settembru 2022.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti tal-Institut d’études politiques (IEP) ta’ Grenoble
    • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-Istudenti u tal-ex studenti tal-École nationale d’administration (ENA)
    • Membru tal-Assoċjazzjoni tal-membri tal-Conseil d’État
    • Membru tas-Société de Législation Comparée
    • Membre tal-Kumitat Xjentifiku tar-Revue universelle des droits de l’Homme

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    • Kavallier tal-Légion d’honneur (maħtur b’digriet tal-President tar-Repubblika Franċiża) (2012)
  • Niels Fenger

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1968 f’Kopenħagen, Niels Fenger kiseb id-diploma tiegħu fid-dritt fl‑1992 fil-Københavns Universitet (l-Università ta’ Kopenħagen, id-Danimarka) u d-dottorat fid-dritt tiegħu fl‑2004 fl‑Aarhus Universitet (l-Università ta’ Aarhus, id-Danimarka).

    Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu fil-Ministeru għall-Ġustizzja Daniż, fejn okkupa l-pożizzjoni ta’ kap ta’ taqsima fl-Uffiċċju tad-Dritt tal-Unjoni Ewropea mill‑1992 sal‑1993 u fl-Uffiċċju tad-Dritt Ċivili mill‑1993 sal‑1994. Fl‑1994, huwa ngħaqad mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bħala référendaire fi ħdan l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Michael Bendik Elmer.

    Meta rritorna d-Danimarka fl‑1995, huwa għallem, bħala riċerkatur, id-dritt amministrattiv u d-dritt tal-Unjoni fil-Københavns Universitet. Bejn l‑1996 u l‑2000, huwa reġa’ ngħaqad mal-Ministeru għall-Ġustizzja Daniż bħala kap ta’ taqsima fl-Uffiċċju tad-Dritt Kostituzzjonali u Amministrattiv.

    Fl‑2001, huwa ngħaqad mal-Ministeru għall-Intern Daniż bħala kap tal-uffiċċju, li għandu l-kompitu li jikkontrolla l-legalità tad-deċiżjonijiet muniċipali fl-oqsma tal-kummerċ u tal-ambjent. Fl‑2002, huwa nħatar Direttur tas-Servizz Legali tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (EFTA), funzjoni li huwa eżerċita sal‑2009 bħala rappreżentant ta’ din l-istituzzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti tal-EFTA.

    Huwa sar professur fid-dritt amministrattiv fil-Københavns Universitet fl‑2009, pożizzjoni li okkupa sal‑2017. Huwa l-awtur ta’ diversi xogħlijiet u ta’ diversi artikoli fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni, tad-dritt amministrattiv u tar-regoli proċedurali tal-qrati Daniżi.

    Mill‑2014 sal‑2015, u sussegwentement mill‑2017 sal‑2019, huwa kien imħallef fil-Østre Landsret (il-Qorti tal-Appell tar-Reġjun tal-Lvant, id-Danimarka).

    Mill‑2014 sal‑2016, huwa għamel ukoll parti mill-kumitat Daniż li għandu l-kompitu li jagħti deċiżjonijiet dwar l-ammissibbiltà ta’ appelli f’materji ċivili u kriminali.

    Mill‑2019 sal‑2024, N. Fenger okkupa l-pożizzjoni ta’ Ombudsman Parlamentari Daniż.

    N. Fenger inħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2024.

    Titoli u onorifiċenzi

    Ridder af 1. grad af Dannebrogordenen (Kavallier tal-Ewwel Grad tal-Ordni ta’ Dannebrog) (2021)

  • Ramona Frendo

    Imħallef

    Bijografija

    Imwielda fl‑1971 f’Malta u oriġinarjament miż-Żejtun (Malta), Ramona Frendo kisbet mill-Università ta’ Malta diploma fid-dritt fl‑1993 u dottorat fid-dritt fl‑1995. Hija kompliet l-istudji tagħha fil‑University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fejn fl‑1996 kisbet master fil‑kriminoloġija. Fl‑2018, hija kkompletat l-istudji universitarji tagħha permezz ta’ studji ta’ dottorat fid-dritt Ewropew mill-King’s College London (Londra, ir-Renju Unit).

    R. Frendo bdiet il-karriera tagħha bħala avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Malta, professjoni li hija eżerċitat mill‑1996 sal‑2019. Barra minn hekk, il-konoxxenzi pluridixxiplinari tagħha wassluha tokkupa, mill‑1997 sal‑1998, pożizzjoni ta’ konsulent legali fil-Ministeru għall-Protezzjoni Soċjali ta’ Malta u dik ta’ espert legali fi ħdan il-qrati tal-Belt Valletta (Malta) bejn l‑1997 u l‑2019, kif ukoll ma’ diversi kumpanniji tal-assigurazzjoni, mill‑2006 sal‑2019.

    Mill‑2006 sal‑2019, hija kienet membru taċ-Ċentru dwar l-Arbitraġġ ta’ Malta u, mill‑2009 sal‑2019, tal-Kummissjoni dwar l-Impjiegi ta’ Malta. Hija nħatret membru tal-Kummissjoni Nazzjonali tal‑Familja (Malta) mill‑2012 sal‑2013, data li fiha hija serviet ukoll fi ħdan il-Kummissjoni għal Riforma Ħolistika fil-Qasam tal-Ġustizzja (Malta) u sussegwentement, bejn l‑2014 u l‑2016, quddiem il-Kummissjoni dwar ir-Riforma fis-Sistema Ġudizzjarja (Malta). Wara li fl‑2016 inħatret mill-Gvern Malti kunsilliera speċjali fi ħdan il-Grupp ta’ Ħidma “Viżi” tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, hija ppresjediet dan il-Grupp ta’ Ħidma fil-kuntest tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill fl-ewwel nofs tal‑2017.

    R. Frendo nħatret Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑20 ta’ Marzu 2019. Hija eżerċitat hemm dawn il-funzjonijiet għal ħames snin, qabel ma nħatret, fis‑7 ta’ Ottubru 2024, Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn teżerċita minn dakinhar il-mandat tagħha.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Association of European Data Protection Judges

    Membru tal-Cambridge Society of Luxembourg

    Membru tal-“ħbieb” tal-Académie de Droit Européen (ERA)

  • Rimvydas Norkus

    Avukat Ġenerali

    Bijografija

    Imwieled fl‑1979 fi Klaipėda (il-Litwanja), Rimvydas Norkus kiseb master fid-dritt mill-Vilniaus universitetas (l-Università ta’ Vilnjus, il-Litwanja) fl‑2001. Sussegwentement beda studji ta’ dottorat fid-dritt fil-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris, il-Litwanja) u ddefenda t-teżi tiegħu fl‑2005.

    Huwa beda l-karriera professjonali tiegħu bħala assistent legali fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑1999 sal‑2000, u huwa fi ħdan din il-qorti li assuma, mill‑2000 sal‑2003, il-funzjonijiet ta’ konsulent tal-President. Bejn l‑2003 u l‑2009, inħatar direttur tad-dipartiment tal-prassi ġudizzjarja tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja).

    Mill‑2009 sal‑2010, kien ġurista lingwista fil-Parlament Ewropew qabel ma rritorna lura pajjiżu sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ direttur tad-dipartiment tar-riċerka legali mal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja) mill‑2010 sal‑2012. Huwa nħatar imħallef fil-Lietuvos apeliacinis teismas (il-Qorti tal-Appell tal-Litwanja) mill‑2012 sal‑2013 u sussegwentement serva għal sena fil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Qorti Suprema tal-Litwanja), qorti li huwa ppresjeda mill‑2014 sal‑2019. Barra minn hekk, kien President tal-Lietuvos Teisėjų taryba (il-Kunsill għall-Ġudikatura tal-Litwanja) mill‑2016 sal‑2018.

    Mill‑2007 sal‑2008, Rimvydas Norkus iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim bħala professur assoċjat mal-Mykolo Romerio universitetas (l-Università Mykolas Romeris), li l-Istitut tad-Dritt Privat tagħha laqgħatu bħala professur mill‑2012 sal‑2019. Huwa wkoll l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet legali.

    R. Norkus inħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fis‑26 ta’ Settembru 2019. Huwa eżerċita hemm dawn il-funzjonijiet għal ħames snin qabel ma’ nħatar, fis‑7 ta’ Ottubru 2024, Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja, fejn jeżerċita minn dakinhar il-mandat tiegħu.

     

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità

    Membru tal-Kumitat Konsultattiv tal-Europäische Rechtsakademie (ERA) (2020‑2023)

    Membru tal-Kunsill Konsultattiv tar-rivista ERA Forum

    Membru tal-assoċjazzjoni “The Conference on European Restructuring and Insolvency Law”

    Membru tal-INSOL Europe Association

     

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    Mogħti s-salib ta’ uffiċjal tal-ordni tal-Gran Duka Gediminas għall-kontribuzzjoni sinjifikattiva tiegħu għall-perfezzjonament tas-sistema ġudizzjarja nazzjonali u għall-iżvilupp tax-xjenzi ġuridiċi (2018)

    Membru onorarju tal-Fakultà tal-Liġi tal-Mykolo Romerio universitetas (2019)

  • Marko Bošnjak

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1974 f’Ljubljana (is-Slovenja), Marko Bošnjak kompla l-istudji universitarji tiegħu fl-Univerza v Ljubljani (l-Università ta’ Ljubljana, is-Slovenja), fejn l-ewwel kiseb diploma fid-dritt fl‑1996, imbagħad master fid-dritt fl‑1999, qabel ma kiseb dottorat fid-dritt fl‑2002. Huwa għadda mill-eżami ġudizzjarju tal-Istat fl‑2002.

    Il-karriera professjonali tiegħu bdiet fl‑1996 fi ħdan l-istitut tal-kriminoloġija tal-Fakultà tal-liġi ta’ din l-istess università, fejn eżerċita suċċessivament il-funzjonijiet ta’ assistent riċerkatur mill‑1996 sal‑2002, ta’ riċerkatur assoċjat mill‑2002 sal‑2006, u sussegwentement dawk ta’ riċerkatur assoċjat prinċipali u ta’ president tal-bord xjentifiku mill‑2006 sal‑2008. M. Bošnjak iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim tad-dritt bħala assistent professur fil-Fakultà tax-Xjenzi Soċjali tal-Univerza v Ljubljani mill‑2006 sal‑2011. Sussegwentement, mill‑2011, huwa għallem f’din l-istess pożizzjoni d-dritt tal-proċedura kriminali fl-Evropska pravna Fakulteta Nove Univerze (il-Fakultà Ewropea tal-Liġi tal-Università l-Ġdida, is-Slovenja), fejn, fl‑2012, huwa sar professur assoċjat, titolu li żamm sal‑2022. Mill‑2025, huwa wkoll membru anzjan fl-istitut tad-Dritt Ewropew, kif ukoll professur onorarju tal-prattika fil-University College London (il-Kulleġġ Universitarju ta’ Londra, ir-Renju Unit).

    Fl-istess ħin, mill‑2002, M. Bošnjak eżerċita l-funzjoni ta’ konsulent indipendenti sal‑2006, imbagħad dik ta’ konsulent prinċipali sal‑2008 mal-Ustavno sodišče Republike Slovenije (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja). Bejn l‑2008 u l‑2016, huwa ngħaqad ma’ uffiċċju ta’ avukati Sloven, l-ewwel bħala avukat stagiaire u avukat, imbagħad, mill‑2012, bħala soċju. Huwa eżerċita fil-qasam tad-dritt kriminali, u ħa f’idejh it-tmexxija tad-dipartiment tad-dritt kostituzzjonali u internazzjonali tal-uffiċċju.

    Fl‑2016, M. Bošnjak inħatar Imħallef fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB), fejn fl‑2022 sar president ta’ sezzjoni u viċi president. Fl‑2024, huwa ġie elett President tal‑QEDB, funzjoni li huwa eżerċita sal‑2025.

    M. Bošnjak huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet, b’mod partikolari fl-oqsma tad-dritt kriminali, tal-proċedura kriminali, tad-drittijiet tal-bniedem, tad-dritt kostituzzjonali, tad-dritt internazzjonali u tal-kriminoloġija.

    M. Bošnjak huwa Mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis‑16 ta’ Ġunju 2025.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

    Membru tal-kumitat għall-ħatra ta’ Thomas Reuters Founders’ Share Company (TRFSC)

    Membru tal-kumitat editorjali tar-rivista legali “Pravna praksa”

    Membru tal-European Law Institute (ELI)

  • Alexander Kornezov

    Imħallef

    Bijografija

    Imwieled fl‑1978 f’Yambol (il-Bulgarija), Alexander Kornezov kiseb diploma fid-dritt mis-Sofiyski universitet Sveti Kliment Ohridski (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”, il-Bulgarija) fl‑2002, u Master of Laws fid-dritt Ewropew mill-Collège d’Europe fi Bruges (il-Belġju) fl‑2004. Huwa kompla l-istudji ta’ dottorat fid-dritt fil-Balgarska Akademia na naukite (l-Akkademja Bulgara tax-Xjenza), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2008.

    Mill‑2004 sal‑2006, kien avukat mal-Kamra tal-Avukati ta’ Brussell (il-Belġju), fejn eżerċita l-professjoni f’uffiċċju tal-avukati. Fl‑2007, huwa daħal fis-servizz tal-Qorti tal-Ġustizzja u hemmhekk eżerċita, sal‑2016, il-funzjonijiet ta’ référendaire mal-Imħallef Alexander Arabadjiev.

    A. Kornezov iddedika ruħu wkoll għat-tagħlim, bħala lettur anzjan fid-dritt proċedurali tal-Unjoni fl-Universitet za natzionalno i svetovno stopanstvo (l-Università tal-Ekonomija Nazzjonali u Dinjija, il-Bulgarija) mill‑2008 sal‑2012, u fis-Sofiyski universitet Sveti Kliment Ohridski (l-Università ta’ Sofija “San Klement ta’ Ohrid”) mill‑2010 sal‑2013. Mill‑2014 sal‑2016, kien professur assoċjat fid-dritt tal-Unjoni u fid-dritt internazzjonali privat fil-Balgarska Akademia na naukite (l-Akkademja Bulgara tax-Xjenza). Mill‑2020, huwa għallem id-dritt tal-Unjoni tal-kuntratti pubbliċi fl-université du Luxembourg (l-Università tal-Lussemburgu). Id-diversi xogħlijiet tiegħu fid-dritt tal-Unjoni wassluh ukoll jagħti numru ta’ konferenzi f’diversi universitajiet magħrufa fi Stati differenti. Huwa l-awtur ta’ numru ta’ pubblikazzjonijiet u xogħlijiet fid-dritt tal-Unjoni, f’diversi lingwi, b’mod partikolari dwar ir-rinviju preliminari, ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, id-drittijiet fundamentali kif ukoll id-dritt tal-kompetizzjoni.

    A. Kornezov kien Imħallef fit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku bejn it‑13 ta’ April 2016 u l‑31 ta’ Awwissu 2016. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fid‑19 ta’ Settembru 2016 u serva bħala President ta’ Awla mit‑30 ta’ Settembru 2019 sal‑31 ta’ Awwissu 2025. Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑15 ta’ Settembru 2025.

    Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew ta’ karità edit

     Fundatur u membru tal-kumitat ta’ tmexxija tal-Balgarska asotsiatsia za evopeysko pravo

     Editur prinċipali tar-rivista tad-dritt Ewropew “Evropeiski praven pregled”

  • Alfredo Calot Escobar

    Reġistratur

    Bijografija

    Imwieled fl-1961 f’Valencia (Spanja), Alfredo Calot Escobar wettaq l-istudji tiegħu fl-Universidad de Valencia (l-Università ta’ Valencia, Spanja), fejn kiseb il-lawrea tad-dritt fl-1984.

    F’Jannar 1986, huwa ġie rreklutat mill-Kunsill tal-Kmamar tal-Kummerċ tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia sabiex jeżerċita l-funzjonijiet ta’ analista kummerċjali fl-uffiċċju kummerċjali ta’ Spanja f’Toronto (il-Kanada). Huwa ħadem hemm sad-dħul fil-kariga tiegħu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, fis‑16 ta’ Lulju 1986, wara li għadda mill-kompetizzjoni ġenerali intiża li timla l-ewwel pożizzjonijiet ta’ ġuristi lingwisti tal-ilsien Spanjol fid-Direttorat tat-Traduzzjoni.

    Fl-1990, huwa ġie promoss fil-pożizzjoni ta’ ġurista reviżur u eżerċita din il-funzjoni sal-1993, data li fiha ngħaqad mad-Diviżjoni tal-Istampa u tal-Informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    Fl-1995, huwa għadda minn kompetizzjoni ġenerali għal amministraturi organizzata mill-Parlament Ewropew. Din ippermettietlu jingħaqad mas-Segretarjat tal-Kummissjoni istituzzjonali, fejn kien inkarigat jipprepara diversi rapporti ġuridiċi għall-membri tal-parlament, b’mod partikolari fil-kuntest tal-Konferenza intergovernattiva li nżammet qabel il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Amsterdam.

    Fl-1996, huwa ssejjaħ mill-ġdid sabiex jingħaqad mal-uffiċċju tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, fejn eżerċita l-funzjonijiet ta’ attaché sal-1999, data li fiha huwa ġie nnominat référendaire fl-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Dámaso Ruiz-Jarabo Colomer.

    Bis-saħħa tad-diversità tal-esperjenza professjonali tiegħu, huwa reġa’ ngħaqad mad-Dipartiment tat-Traduzzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-2000 bħala kap tad-Diviżjoni tal-ilsien Spanjol, li għaliha kien ikkontribwixxa għall istabbiliment tagħha 14-il sena qabel.

    Fl-2001, ġie nnominat direttur tat-traduzzjoni, f’mument importanti fl-istorja tal-multilingwiżmu, għaliex kienet qiegħda ssir il-preparazzjoni tat-tkabbir tal-Unjoni b’għaxar membri ġodda, u, b’dan, kważi l-irdoppjar tan-numru tal-lingwi uffiċjali, li minn 11 saru 20.

    Wara bidla fl-istruttura tad-dipartimenti amministrattivi tal-istituzzjoni, Calot Escobar ġie nnominat direttur ġenerali tat-traduzzjoni f’Ġunju 2007.

    Fis‑6 ta’ Ottubru, ġie elett Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, inkarigu li jokkupa mit-tiġdid tiegħu fl-2022, fi tmiem it-tieni mandat tiegħu.

    Titoli u distinzjonijiet onorarji

    • Alumni Plus tal-Università ta’ Valencia
    • Ordni tal-Mertu Ċivili
    • Salib distint tal-ewwel klassi San Raimundo de Peñafort