Direttorat għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni

Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha d-dipartiment tat-teknoloġiji tal-informazzjoni tagħha stess, li għandu rwol ċentrali fl-iżvilupp, fis-sigurtà, fit-tħaddim u fit-titjib tas-sistemi ta’ informazzjoni tagħha.

Id-Direttorat tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni jikkontribwixxi għall-modernizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja billi jiżviluppa u jimplimenta viżjoni u strateġija tat-teknoloġiji tal-informazzjoni dinamiċi. Din l-istrateġija tiffoka fuq is-semplifikazzjoni tal-arkitettura tal-teknoloġiji tal-informazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u ssostni l-isforzi tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex ittejjeb kontinwament il-proċessi interni tagħha u l-panorama teknoloġiku tagħha.

Id-Direttorat għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni għandu Innovation Lab iddedikat, iffokat fuq l-iżvilupp tal-innovazzjoni fi ħdan il-Qorti tal-Ġustizzja permezz tal-użu ta’ teknoloġiji emerġenti. L-Innovation Lab jiffoka b’mod partikolari fuq kif l-intelliġenza artifiċjali tista’ tintuża b’mod sigur sabiex tgħin lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-missjoni tagħha.

Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat AI Strategy.

Id-Direttorat għat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni jamministra wkoll videokonferenzi, streaming u servizzi oħra multimedjali. Sabiex tikkuntattja lit-tim multimedjali tal-Qorti tal-Ġustizzja, tista’ tibgħat messaġġ bil-posta elettronika fl-indirizz multimedia-audience@curia.europa.eu.