Direttorat Ġenerali għall-Multilingwiżmu

X’inhu d-Direttorat Ġenerali għall-Multilingwiżmu?

Il-multilingwiżmu huwa valur fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Skont l-Artikolu 42 tar-Regoli tal-Proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha twaqqaf “dipartiment lingwistiku kompost minn esperti li għandhom taħriġ ġuridiku adegwat u għarfien wiesa’ ta’ diversi lingwi uffiċjali tal-Unjoni”.

Dan id-dipartiment, magħruf bħala d-Direttorat Ġenerali għall-Multilingwiżmu, huwa l-ikbar dipartiment fi ħdan l-Istituzzjoni. Huwa jiżgura l-aċċess għall-proċeduri ġudizzjarji u għad-dokumenti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Dawn huma

  • il-Bulgaru
  • il-Kroat
  • iċ-Ċek
  • id-Daniż
  • l-Olandiż
  • l-Ingliż
  • l-Estonjan
  • il-Finlandiż
  • il-Franċiż
  • l-Irlandiż
  • il-Ġermaniż
  • il-Grieg
  • l-Ungeriż
  • it-Taljan
  • il-Latvjan
  • il-Litwan
  • il-Malti
  • il-Pollakk
  • il-Portugiż
  • ir-Rumen
  • is-Slovakk
  • is-Sloven
  • l-Ispanjol
  • l-Isvediż

Id-Direttorat Ġenerali għall-Multilingwiżmu fih

Għal iktar informazzjoni dwar il-ħidma tad-Direttorat Ġenerali għall-Multilingwiżmu, ara s-sit internet tagħna iddedikat għall-multilingwiżmu.