Gwida għall-Kalendarju Ġudizzjarju

Il-kalendarju ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea juri s-seduti skedati fil-Qorti tal-Ġustizzja u fil-Qorti Ġenerali għall-ġimgħa kurrenti u għall-erba’ ġimgħat ta’ wara.

Kif nista’ nuża l-kalendarju ġudizzjarju?

Hemm numru ta’ modi kif tiġi taċċedi għall-informazzjoni dwar is-seduti.

Mill-paġna ewlenija

Il-kalendarju ġudizzjarju fil-paġna ewlenija tipprovdi aċċess faċli għall-informazzjoni dwar is-seduti kollha f’data speċifika, billi tagħfas fuq il-jum, jew fuq in-numru tal-ġimgħa għal ġimgħa.

Tista’ taċċedi wkoll għall-kalendarju kollu billi tagħfas fuq il-link “Tfittxija”.

Tfittxija Avvanzata

Il-paġna tal-kalendarju nnifisha tipprovdi l-informazzjoni kollha disponibbli dwar il-kawżi futuri.

Il-filtri fuq ix-xellug tal-iskrin jippermettulek

  • tirfina t-tfittxija tiegħek sabiex issib seduti u sentenzi f’firxa speċifika ta’ dati
  • tirfina t-tfittxija skont it-tip ta’ avveniment
  • tirfina t-tfittxija tiegħek skont in-numru jew l-isem tal-kawża
  • tillimita r-riżultati għal waħda jew l-oħra miż-żewġ qrati

L-ikona “streaming” streaming tindika jekk seduta tkunx disponibbli online. Jekk jogħġbok innota li s-seduti jixxandrux b’mod dirett.

Is-sentenzi u l-konklużjonijiet li jkunu ser jixxandru permezz ta’ xandira diretta fis-sit jiġu identifikati b’din l-ikona: live