Żjarat iggwidati mal-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Lussemburgu
L-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Lussemburgu jorganizza żjarat iggwidati tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-postijiet huma limitati għal 20 viżitatur għal kull żjara u għal kull jum.
Żjarat iggwidati
Dawn iż-żjarat jiġu organizzati barra mill-ħinijiet regolari ta’ xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja:
- matul il-ġimgħa wara l-17:30
- fi tmiem il-ġimgħa
- matul il-vaganzi ġudizzjarji
Kif tirriżerva żjara ggwidata
Ir-riżervazzjonijiet għandhom isiru mill-inqas erba’ ġimgħat minn qabel permezz tal-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Lussemburgu.
Dettalji ta’ kuntatt
- Indirizz: 30 Place Guillaume II, L‑1618 Luxembourg
- Tel: +352 22 28 09
- Indirizz tal-posta elettronika: touristinfo@lcto.lu
- Sit internet: https://www.luxembourg-city.com/
