Il-Palazz

Il-Palazz attwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ilu jirrappreżenta d-dimensjoni pubblika tal-ġustizzja tal-Unjoni mill‑2008. Huwa fih ħames awli fejn jinżammu s-seduti għas-sottomissjonijiet orali, u fejn jingħataw is-sentenzi u jinqraw il-konklużjonijiet.

Il-Palazz tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea inizjalment inbena fil-bidu tas-snin 70. Huwa ġie rrinnovat kompletament fil-bidu tas-snin 2000 u, sa mill‑2008 jirrappreżenta d-dimensjoni pubblika tal-ġustizzja tal-Unjoni. Il-pubbliku huwa mistieden jassisti għas-seduti għas-sottomissjonijiet orali tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Palazz.

Mibni bi struttura tal-azzar u tal-ħġieġ, il-Palazz ifakkar sottilment l-oriġini tal-Istituzzjoni, meta kienet l-istituzzjoni ġudizzjarja tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u tal-Azzar. Fih hemm ħames awli mifruxa fuq diversi sulari, bi spazji kbar miftuħa qabel id-daħla tagħhom magħrufa bl-isem salles des Pas perdus. L-awli huma l-post fejn il-partijiet jiddibattu l-kawża, u fejn l-Imħallfin jagħtu s-sentenzi u l-Avukati Ġenerali jaqraw il-konklużjonijiet tagħhom.

Ara wkoll