RSS logo

balgarskicastellanoceštinadanskDeutscheesti keelellinikáEnglishfrançaisitalianolatviešu valodalietuviu kalbamagyarMaltiNederlandspolskiportuguêsromânaslovenský jazykslovenski jezikSuomiSvenska
 

Stqarrijiet lill-Istampa > RSS

X’inhu l-RSS ?

RSS (Really Simply Syndication jew Rich Site Summary) huwa format ta’ test li jippermetti x-xandir awtomatiku u effikaċi ta’ suġġetti ta’ attwalità fuq l-Internet, u b’hekk jevita t-tfittxija ta’ l-informazzjoni. Inti tiġi avżat, permezz ta’ senjalazzjoni, bit-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-komunikati stampa u tkun tista’ taċċedi għat-test sħiħ.

X’għandu jsir sabiex jintuża RSS feed għall-ewwel darba ?

Huwa possibbli li wieħed jabbona għal feed billi juża RSS reader. Hekk kif ikun installat, l-RSS jivverifika, jattwalizza u javżak bit-tqegħid ta’ kull informazzjoni ġdida fuq l-Internet.

Inti tista’ tuża l-magna ta’ tiftix (search engine) normali tiegħek sabiex tagħżel ir-reader li tippreferi minn fost dawk li jeżistu fis-suq. Jeħtieġ li tosserva li d-diversi readers jaħdmu fuq sistemi operattivi (operating systems) differenti, ħaġa li għandek iżżomm f’moħħok meta tkun qed tagħmel l-għażla tiegħek.

Il-metodi ta’ l-abbonament ivarjaw skond ir-readers. Ir-reader li tagħżel jagħtik l-istruzzjonijiet neċessarji.

Hekk kif tkun niżżilt u installajt ir-reader, imxi ma’ l-istruzzjonijiet sabiex iżżid l-għażla tiegħek mal-feeds offerti mill-CVRIA bħala kanal ġdid.

Liema feeds ta’ informazzjoni huma offerti mill-CVRIA ?

Fuq is-sit CVRIA, l-RSS feeds tal-komunikati stampa huma disponibbli fi 22 lingwa.

Sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni il-fatt li l-komunikati stampa mhux dejjem ikunu disponibbli fil-lingwi kollha, huwa possibbli li tabbona għal-lingwa ta’ l-għażla tiegħek u għal waħda minn żewġ lingwi supplimentari (il-Franċiż jew l-Ingliż) sabiex tirċievi informazzjoni sħiħa. Fil-każ li komunikat stampa ma jkunx disponibbli fil-lingwa ta’ l-għażla tiegħek, xorta tintbagħtlek l-informazzjoni fil-lingwa supplimentari magħżula.

Sabiex tuża l-RSS, għażel wieħed miż-żewġ URL li ġejjin:

MT + EN : http://curia.europa.eu/feeds/rssenmt.xml

MT + FR : http://curia.europa.eu/feeds/rssfrmt.xml