ceštinaeesti keellatviešu valodalietuviu kalbamagyarMaltipolskislovenský jazykslovenski jezik

Sentenzi tal-ġurisprudenza storika fil-lingwi tat-tkabbir tal-2004 u tal-2007

lista ta' 79 kawża mill-2001 sa l-2004:

Il-Qorti tal-Ġustizzja


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Jannar 2002.
Elide Gottardo vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS).
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale ordinario di Roma - L-Italja.
Rinviju għal domanda preliminari ─ Artikoli 12 KE u 39(2) KE ─ Benefiċċji ta’ l-anzjanità ─ Konvenzjoni dwar is-sigurtà soċjali konkluża bejn ir-Repubblika Taljana u l-Konfederazzjoni Żvizzera ─ Nuqqas ta’ teħid in kunsiderazzjoni ta’ perijodi ta’ assigurazzjoni mwettqa fl-Iżvizzera minn ċittadin Franċiż
Kawża C-55/00.

Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Diċembru 2001.
Protokoll ta’ Cartagena ─ Konklużjoni ─ Bażi legali ─ Artikoli 133 KE, 174(4) KE u 175(1) KE ─ Organiżmi ħajjin modifikati ─ Protezzjoni ta’ l-ambjent ─ Politika kummerċjali komuni
Opinjoni 2/00.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-4 ta’ Ġunju 2002.
Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju tal-Belġju.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu ─ Artikolu 52 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 43 KE) u l-Artikolu 73 B tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 56 KE) ─ Dritijiet konnessi mas-sehem li jagħti setgħat speċjali (golden share) tar-Renju tal-Belġju fis-Société nationale de transport par canalisations SA u fis-Société de distribution du gaz SA
Kawża C-503/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Settembru 2001.
Courage Ltd vs Bernard Crehan u Bernard Crehan vs Courage Ltd et
Talba għal deċiżjoni preliminari: Court of Appeal (England and Wales) (Civil Division) - Ir-Renju Unit.
Artikolu 85 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 81 KE) ─ Kuntratt ta’ xiri esklussiv ta’ birra –Kera ta’ ħanut tax-xorb - Ftehim - Dritt għal danni u interessi ta’ parti fil-kuntratt
Kawża C-453/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Novembru 2001.
Zino Davidoff SA vs A & G Imports Ltd u Levi Strauss & Co. et vs Tesco Stores Ltd et
Talba għal deċiżjoni preliminari: High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division (Patent Court) - Ir-Renju Unit.
Trade marks─ Direttiva 89/104/KEE ─ Artikolu 7(1) ─ Eżawriment tad-drittijiet mogħtija minn trade mark ─ Tqegħid fis-suq barra ż-ŻEE – Importazzjoni fiż-ŻEE ─ Kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark ─ Neċessità ta' kunsens espress jew taċitu ─ Liġi applikabbli għall-kuntratt ─ Preżunzjoni ta' kunsens ─ Inapplikabbiltà
Kawżi maqgħuda C-414/99 sa C-416/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Diċembru 2001.
DaimlerChrysler AG vs Land Baden-Württemberg.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Bundesverwaltungsgericht - Il-Ġermanja.
Ambjent ─ Skart ─ Regolment (KEE) Nru 259/93 dwar il-vjaġġi bil-baħar ta’ skart ─ Kundizzjonijiet li jiġġustifikaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ l-iskart ─ Liġi nazzjonali li timponi l-obbligu li toffri l-iskart lil korp awtorizzat
Kawża C-324/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Frar 2002.
J. C. J. Wouters, J. W. Savelbergh u Price Waterhouse Belastingadviseurs BV vs Algemene Raad van de Nederlandse Orde van Advocaten, fil-preżenza ta’ Raad van de Balies van de Europese Gemeenschap.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Raad van State - L-Olanda.
Entità professjonali ─ Kamra ta’ l-Avukati nazzjonali ─ Regolamentar ta’ l-eżerċizzju tal-professjoni mill-Kamra ta’ l-Avukati ─ Projbizzjoni ta’ kollaborazzjonijiet multi-dixxiplinarji bejn l-avukati u l-kontabilisti ─ Artikolu 85 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 81 KE) ─ Assoċjazzjoni bejn impriżi ─ Restrizzjoni tal-kompetizzjoni ─ Ġustifikazzjonijiet ─ Artikolu 86 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 82 KE) ─ Impriża jew grupp ta’ impriżi ─ Artikoli 52 u 59 tat-Trattat KE (li, wara li ġew emendati, saru l-Artikoli 43 u 49 KE) ─ Applikabbilità ─ Restrizzjonijiet ─ Ġustifikazzjonijiet
Kawża C-309/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2002.
Koninklijke Philips Electronics NV vs Remington Consumer Products Ltd.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) - Ir-Renju Unit.
Approssimazzjoni tal-liġijiet ─ Trade marks ─ Direttiva 89/104/KEE ─ Artikoli 3(1) u (3), 5(1) u 6(1)(b) ─ Sinjali li jistgħu jintużaw fi trade mark ─ Sinjali kkostitwiti biss mill-għamla tal-prodott
Kawża C-299/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta’ Frar 2001.
Nachi Europe GmbH vs Hauptzollamt Krefeld.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Finanzgericht Düsseldorf - Il-Ġermanja.
Politika kummerċjali komuni – Projbizzjoni kontra l-prattiċi ta’ dumping – Artikolu 1(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2849/92 – Emenda fid-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ball bearings li joriġinaw mill-Ġappun fejn l-akbar dijametru estern jaqbeż it-30 millimetri – Rinviju għal deċiżjoni preliminari preliminari għal evalwazzjoni ta’ validità– Nuqqas ta’ introduzzjoni ta’ rikors għal annullament kontra r-regolament mir-rikorrenti prinċipali
Kawża C-239/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-20 ta’ Settembru 2001.
Rudy Grzelczyk vs Centre public d’aide sociale d’Ottignies-Louvain-la-Neuve.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal du travail de Nivelles - Il-Belġju.
Artikoli 6, 8 u 8a tat-Trattat KE (li wara emendi saru l-Artikoli 12 KE, 17 KE u 18 KE) ─ Direttiva tal-Kunsill 93/96/KEE ─ Dritt ta’ residenza għall-istudenti ─ Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiggarantixxi allowance minimu għall-għixien, magħrufa bħala ‘minimex’, għaċ-ċittadini ta’ l-Istat Membru partikolari, għall-persuni li jibbenefikaw mill-applikazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1612/68, għall-persuni apolidi u għar-refuġjati biss ─ Student barrani li kien jaqla’ l-għixien tiegħu matul l-ewwel snin ta’ l-istudji tiegħu
Kawża C-184/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2001.
B.S.M. Smits, miżżewġa Geraets, vs Stichting Ziekenfonds VGZ u H.T.M. Peerbooms vs Stichting CZ Groep Zorgverzekeringen.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Arrondissementsrechtbank te Roermond - L-Olanda.
Libertà li jiġu provduti servizzi ─ L-Artikolu 59 tat-Trattat KE (li, wara li ġie emendat, sar l-Artikolu 49 KE) u l-Artikolu 60 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 50 KE) ─ Assigurazzjoni kontra l-mard ─ Sistema li tipprovdi benefiċċji in natura ─ Sistema ta’ ftehim ─ Spejjeż għall-kura fi sptar sostnuti fi Stat Membru ieħor ─ Awtorizzazzjoni minn qabel ─ Kriterji ─ Ġustifikazzjoni
Kawża C-157/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Marzu 2001.
Metallgesellschaft Ltd et (C-397/98), Hoechst AG u Hoechst (UK) Ltd (C-410/98) vs Commissioners of Inland Revenue u HM Attorney General.
Talba għal deċiżjoni preliminari: High Court of Justice (England & Wales), Chancery Division - Ir-Renju Unit.
Libertà ta’ stabbiliment ─ Moviment liberu tal-kapital ─ Ħlas bil-quddiem tat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-rigward ta' qligħ imqassam minn kumpannija sussidjarja lill-kumpannija prinċipali tagħha ─ Kumpannija prinċipali li jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru ieħor ─ Ksur tad-dritt Komunitarju ─ Rikors għal rifużjoni jew rikors għad-danni ─ Interessi
Kawżi maqgħuda C-397/98 u C-410/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2001.
PreussenElektra AG vs Schhleswag AG, fil-preżenza ta’ Windpark Reußenköge III GmbH u Land Schleswig-Holstein.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Landgericht Kiel - Il-Ġermanja.
Elettriku ─ Sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu ─ Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi obbligu ta’ xiri ta’ elettriku bi prezzijiet minimi u li tqassam l-ispejjeż li jirriżultaw minnu bejn dawn l-impriżi u l-impriżi li joperaw is-sistema li jinsabu f’pożizzjoni upstream fuq impriżi li jipprovdu l-elettriku ─ Għajnuna mill-Istat ─ Kompatibbiltà mal-moviment liberu tal-merkanzija
Kawża C-379/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Ottubru 2001.
Ir-Renju ta’ L-Olanda vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Annullament ─Direttiva 98/44/KE ─ Protezzjoni ġuridika ta’ invenzjonijiet bijoteknoloġiċi ─ Bażi ġuridika ─Artikolu 100 A tat-Trattat KE (li sar, wara emenda, l-Artikolu 95 KE), Artikolu 235 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 308 KE) jew l-Artikoli 130 u 130 F tat-Trattat KE (li saru l-Artikoli 157 KE u 163 KE) ─ Sussidjarjetà ─ Ċertezza legali ─ Obbligi ta’ l-Istati Membri taħt id-dritt internazzjonali – Drittijiet fundamentali – Dinjità tal-bniedem – Prinċipju ta’ kolleġjalità għal abbozzi leġiżlattivi tal-Kummissjoni
Kawża C-377/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Lulju 2001.
Abdon Vanbraekel et vs Alliance nationale des mutualités chrétiennes (ANMC).
Talba għal deċiżjoni preliminari: Cour du travail de Mons - Il-Belġju.
Sigurtà soċjali ─ Assigurazzjoni kontra l-mard ─ Artikoli 22 u 36 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71─ Libertà li jiġu pprovduti servizzi ─ Artikolu 59 tat-Trattat KE (li, wara l-emendi, sar l-Artikolu 49 KE) ─ Spejjeż għal kura mogħtija fi sptar sostnuti fi Stat Membru ieħor – Rifjut li tingħata awtorizzazzjoni suċċessivament iddikjarat infonadat)
Kawża C-368/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Lulju 2002.
Marie-Nathalie D’Hoop vs Office national de l’emploi.
Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunal du travail de Liège - Il-Belġju.
Ċittadinanza ta’ l-Unjoni – Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti d-dritt għal benefiċċji sakemm jinstab impjieg liċ-ċittadini nazzjonali bil-kundizzjoni li jkunu temmew l-istudji sekondarji tagħhom fi stabbiliment ta’ edukazzjoni fl-Istat Membru tagħhom – Ċittadin nazzjonali li jkun qed ifittex l-ewwel impjieg u li jkun temm l-istudji sekondarji tiegħu fi stabbiliment ta’ edukazzjoni fi Stat Membru ieħor
Kawża C-224/98.


up
Il-Qorti tal-Prim’Istanza
up


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla Estiża) tat-2 ta’ Ottubru 2001.
Jean-Claude Martinez, Charles de Gaulle, Front national u Emma Bonino et vs Il-Parlament Ewropew.
Rikors għal annullament – Att tal-Parlament Ewropew relatat ma’ dispożizzjoni tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu – Stqarrija ta’ formazzjoni ta’ grupp fis-sens ta’ l-Artikolu 29 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament Ewropew – Ammissibbiltà – Eċċezzjoni ta’ illeġittimità – Trattament ugwali – Osservanza tad-drittijiet fundamentali – Prinċipji ta’ demokrazija u ta’ proporzjonalità – Libertà ta’ assoċjazzjoni – Protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi – Tradizzjonijiet Parlamentari ta’ l-Istati Membri – Ksur ta’ rekwiżiti proċedurali essenzjali – Abbuż proċedurali
Kawżi maqgħuda T-222/99, T-327/99 u T-329/99.

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2001.
Métropole télévision (M6), Suez-Lyonnaise des eaux, France Télécom u Télévision française 1 SA (TF1) vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament ─ Kompetizzjoni ─ Televiżjoni bi ħlas ─ Joint venture ─ Artikolu 85 tat-Trattat KE (issa l-Artikolu 81 KE) ─ Artikolu 85(1) tat-Trattat ─ Negative clearence ─ Restrizzjoni anċillari ─ Regola tar-raġuni ─ Artikolu 85(3) tat-Trattat ─ Deċiżjoni ta’ eżenzjoni ─ Tul taż-żmien
Kawża T-112/99

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla Estiża) ta’ l-20 ta’ Frar 2001.
Mannesmannröhren-Werke AG vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni – Pagamenti ta’ penalitajiet perjodiċi – Dritt ta’ rifjut li tingħata risposta li timplika r-rikonoxximent ta’ ksur – Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali
Kawża T-112/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża) tal-15 ta’ Marzu 2001.
Société chimique Prayon-Rupel SA vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
Għajnuniet mogħtija mill-Istat ─ Nuqqas li tinfetaħ il-proċedura prevista mill-Artikolu 93(2) tat-Trattat KE (li issa sar l-Artikolu 88(2) KE) – Diffikultajiet serji
Kawża T-73/98.

Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Diċembru 2001.
Emesa Sugar (Free Zone) NV vs Il-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Arranġamenti ta’ assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji extra Ewropej ─ Deċiżjoni 97/803/KE ─ Importazzjonijiet ta’ zokkor ─ Rikors għal annullament ─ Rikors għad-danni ─ Ammissibbiltà ─ Natura irriversibbbli ta’ l-esperjenza akkwistata ─ Prinċipju ta’ proporzjonalità ─ Ċertezza legali
Kawża T-43/98.

up
up