|
|
||||
Noti dwar il-kummentarji tas-sentenzi Din it-taqsima fiha r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji li jirrigwardaw is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej u tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta’ l-Unjoni Ewropea mill-ħolqien tagħhom. It-taqsima hija maqsuma fi tliet partijiet: - L-ewwel parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji
tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-kawżi ppreżentati qabel
l-1 ta' Jannar 1989. - It-tieni parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji
tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti u tal-Qorti tal-Prim'Istanza
mogħtija fil-kawżi ppreżentati bejn l-1 ta' Jannar 1989 u l-31 ta' Diċembru
2004. - It-tielet parti tinkludi r-referenzi għan-noti dwar il-kummentarji
tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti u tal-Qorti tal-Prim'Istanza
kif ukoll tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku mogħtija fil-kawżi ppreżentati
mill-1 ta' Jannar 2005. F'kull parti, is-sentenzi huma kklassifikati, għal kull qorti, skond in-numru tal-kawża, filwaqt li r-referenzi għan-noti huma kklassifikati b’mod kronoloġiku skond meta dehru. Fl-aħħar ta' kull parti, tabella kronoloġika tas-sentenzi kollha annotati jippermettu lill-qarrej isib malajr in-numru tal-kawża tas-sentenza li tagħha jkun jaf biss id-data. Għal dak li jirrigwarda d-dokumenti fil-format PDF (Portable Document Format), il-qari jista' jiġi ffaċilitat bl-użu ta' "bookmarks".
|