It-Trasparenza tal-Ġustizzja

It-trasparenza hija valur fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din il-qorti tagħmel kemm jista’ jkun informazzjoni disponibbli fis-sit internet tagħha, inklużi s-sentenzi, il-konklużjonijiet u dokumenti oħra relatati mal-kawżi. Dan il-video jispjega liema informazzjoni dwar il-kawżi wieħed jista’ jistenna li jsib fis-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja, u meta.