Kif jinteraġġixxu ċ-ċittadini mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE?

Permezz tal-proċedura għal deċiżjoni preliminari, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkjarifika d-dubji tal-qrati nazzjonali fir-rigward tad-dritt tal-UE u tiżgura interpretazzjoni uniformi ta’ dik il-liġi, u b’hekk tiżgura li ċ-ċittadini jgawdu minn applikazzjoni konsistenti tar-regoli tal-Unjoni. L-Imħallef Octavia Spineanu-Matei tispjega kif, kull meta mħallef nazzjonali ma jkunx ċert dwar id-dritt tal-UE, huwa jew hija jkunu jistgħu jirreferu d-domanda lill-Qorti tal-Ġustizzja