Id-drittijiet tiegħek online: dak li għandu jkun jaf kull utent tal-internet

Libertà ta’ espressjoni, privatezza u protezzjoni tal-konsumaturi: dawn id-drittijiet ewlenin huma fil-qalba tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, wieħed mir-regolamenti storiċi tal-Unjoni Ewropea fl-isfera diġitali.
Id-DSA jagħti lill-utenti tal-internet kontroll ikbar u iktar għażla meta jużaw pjattaformi u servizzi online. Ser ningħaqdu mal-Imħallef Saulius Lukas Kalėda sabiex niddiskutu r-rwol tal-qrati tal-UE fl-infurzar ta’ dawn ir-regoli.