Iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu kif tiddeċiedi l-Unjoni?
Kif nistgħu nivverifikaw li istituzzjoni Ewropea użat il-fondi pubbliċi b’mod korrett? Kif nistgħu niskopru għalfejn ħadet deċiżjoni partikolari? L-aċċess taċ-ċittadini għad-dokumenti huwa stabbilit mid-dritt tal-Unjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat b’mod progressiv il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tiegħu. Dan id-dritt madankollu ma huwiex assolut u għandu jiġi bbilanċjat: meta l-iżvelar tagħhom ikun jista’, per eżempju, joħloq ħsara għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni jew għall-iżvolġiment tajjeb tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, ċerta informazzjoni tista’ tibqa’ kunfidenzjali.
