Aħbarijiet
-
Żviluppi fil-futur qarib għall-magna ta’ tfittxija InfoCuria
Interface avvanzata, inkluża formola ta’ tfittxija avvanzata b’kriterji multipli, ser titnieda fir-rebbiegħa 2026.
-
InfoCuria Ġdida – Mistoqsijiet Frekwenti u Pariri għat-Tfittxija
Pariri u suġġerimenti dwar kif tikseb l-aħjar riżultati mill-magna ta’ tfittxija l-ġdida InfoCuria, li tnediet fit‑12 ta’ Jannar 2026.
-
Sit internet ġdid
Tfassil mill-ġdid tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja: aċċess iktar faċli għal informazzjoni ċara u komprensiva.
Fittex kawżi
Focus
Nista’ nressaq il-kawża tiegħi quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?
Il-missjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija li tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri tal-Unjoni jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni u li japplikawh bl-istess ...
Stages
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea toffri programmi ta’ stages imħallsa għal gradwati żgħażagħ. Kull sena jkunu disponibbli madwar 200 pożizzjoni kemm fid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (...
Qorti jew Qrati? Ħarsa mill-qrib lejn il-kompożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
L-ewwel parti - Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija magħmula minn żewġ qrati distinti: il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali. It-tieni parti - Ir-rwol tal-Qorti Ġenerali fil-ħajja taċ-ċ...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
