Aħbarijiet
-
Konferenza għall-istampa annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-2026
Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ospitat il-konferenza għall-istampa annwali tagħha fil-Lussemburgu. Il-konferenza ta’ din is-sena kienet iffokata, b’mod partikolari, fuq is-suġġetti tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali bħala pilastri ċentrali tal-integrazzjoni Ewropea.
-
Żjara uffiċjali fil-Kroazja
Fil-25 u fis-26 ta’ Mejju 2026, delegazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, immexxija mill-President tagħha, Koen Lenaerts, għamlet żjara uffiċjali fil-Kroazja. Id-delegazzjoni ġiet milqugħa minn rappreżentanti tal-Qorti Suprema tal-Kroazja, tal-Qorti Kostituzzjonali tal-Kroazja u tal-Parlament Kroat, kif ukoll mill-Prim Ministru Andrej Plenković.
-
Visit of the Supreme Court of Denmark
On 18 and 19 May 2026, a delegation from the Supreme Court of Denmark, led by its President, Jens Peter Christensen, visited the Court of Justice of the European Union. Participants took part in a series of working sessions and roundtable discussions and attended a hearing before the Grand Chamber.
Fittex kawżi
Streaming
Focus
Tentattivi ta’ frodi
Frodi b’għemil qarrieqi permezz ta’ posta elettronika/telefonata falza
Rapport Annwali
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tippubblika żewġ rapporti ewlenin kull sena: il-Panorama tas-Sena u r-Rapport ta’ Ġestjoni. Iż-żewġ rapporti huma disponibbli online u jipprovdu rispettivamen...
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
