Aħbarijiet
-
Seduta: Kawżi magħquda C 287/25, C 288/25 u C 289/25 OPmobility u Société Générale
Fil‑15 ta’ Settembru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja se tisma’ l-Kawżi magħquda C‑287/25, C‑288/25 u C‑289/25 OPmobility u Société Générale, dwar skema Franċiża ta’ integrazzjoni fiskali li tipprekludi li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-profitti u t-telf ta’ sussidjarji mhux residenti meta jiġu ddeterminati l-profitti taxxabbli tal-grupp.
-
Żjara tal-Qorti Suprema tal-Estonja
Fis‑7 u fit‑8 ta’ Settembru 2026, delegazzjoni tal-Qorti Suprema tal-Estonja, immexxija mill-President tagħha Villu Kõve, għamlet żjara lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ħadet sehem f’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ xogħol u kienet preżenti għal seduta quddiem l-Awla Manja.
-
Seduta: Kawżi magħquda C-296/25 P u C-297/25 P Il Polonja vs Il Kummissjoni
It-Tlieta 8 ta’ Settembru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ser tisma’ l-Kawżi magħquda C‑296/25 P u C‑297/25 P Il‑Polonja vs Il‑Kummissjoni, dwar l-irkupru tal-pagamenti ta’ penalità imposti fuq il-Polonja fi proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressqa mill-Kummissjoni fir-rigward tal-organizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja.
Fittex kawżi
Streaming
Focus
Stages
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea toffri programmi ta’ stages imħallsa għal gradwati żgħażagħ. Kull sena jkunu disponibbli madwar 200 pożizzjoni kemm fid-dipartimenti tal-Qorti tal-Ġustizzja (...
Bibien Miftuħa 2026: Skopri l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Fis‑17 ta’ Ottubru 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea se torganizza l-avveniment annwali tagħha, Bibien Miftuħa. Miftuħ għal viżitaturi ta’ kull età, l-avveniment joffri opportunità unika...
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
