Aħbarijiet
-
Sentenza: C-188/24 WebGroup Czech Republic u NKL Associates u C-190/24 Coyote System
Stat Membru jista’ jimponi restrizzjonijiet fuq servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni pprovduti minn Stat Membru ieħor, u taħt liema kundizzjonijiet l-operaturi ta’ dawn is-servizzi jistgħu jinżammu responsabbli għall-informazzjoni li huma jaħżnu u jxerrdu? Dawn huma l-kwistjonijiet eżaminati mill‑Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha fil-Kawżi magħquda C‑188/24 WebGroup Czech Republic u NKL Associates u C‑190/24 Coyote System.
-
Seduti: Kawżi C-358/24 Varo Energy Belgium et, C-533/24 Vermilion Energy Ireland u C-153/25 Acea Produzione et
It-Tlieta, 9 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja se tisma’ l-Kawżi C‑358/24 Varo Energy Belgium et, C‑533/24 Vermilion Energy Ireland u C‑153/25 Acea Produzione et, dwar il-kontribuzzjoni temporanja ta’ solidarjetà introdotta mill-Unjoni Ewropea b’reazzjoni għall-kriżi tal-enerġija tal‑Ewropa.
-
Konferenza għall-istampa annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-2026
Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ospitat il-konferenza għall-istampa annwali tagħha fil-Lussemburgu. Il-konferenza ta’ din is-sena kienet iffokata, b’mod partikolari, fuq is-suġġetti tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali bħala pilastri ċentrali tal-integrazzjoni Ewropea.
Fittex kawżi
Streaming
Focus
Sport
Matul is-snin, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea kellha rwol ċentrali fit-tfassil tal-panorama legali tal-isport. Hija tat deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet bħall-moviment liberu tal-atleti, id...
Rapport Annwali
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tippubblika żewġ rapporti ewlenin kull sena: il-Panorama tas-Sena u r-Rapport ta’ Ġestjoni. Iż-żewġ rapporti huma disponibbli online u jipprovdu rispettivamen...
Selezzjoni Annwali tas-Sentenzi Ewlenin
Is-Selezzjoni tas-Sentenzi Ewlenin tiġi ppubblikata kull sena. Hija jkollha sunti tas-sentenzi l-iktar importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali tas-sena ta’ qabel. Hija tkun disponibbli...
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-Istituzzjoni ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea.
Din hija Istituzzjoni li tinkludi żewġ qrati, il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tapplika u tinterpreta d-dritt tal-Unjoni. Hija tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jikkonformaw ruħhom ma’ dan id-dritt. Il-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdi interpretazzjoni unika tad-dritt tal-Unjoni sabiex dan jiġi applikat bl-istess mod fl-Unjoni kollha.
Dwar il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Qorti tal-Ġustizzja hija l-ogħla Qorti tal-Unjoni Ewropea. Il-missjoni tagħha huwa li tiżgura li d-dritt tal-Unjoni jiġi osservat u applikat bl-istess mod madwar l-Unjoni.
Din hija waħda miż-żewġ qrati li flimkien jifformaw l-Istituzzjoni msejħa l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 27 Imħallef u 11‑il Avukat Ġenerali.
Hija tisma’ diversi tipi differenti ta’ kawżi. Prinċipalment tisma’ kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni mibgħuta mill-qrati nazzjonali u kawżi mressqa mill-Kummissjoni kontra Stati Membri tal-Unjoni għal ksur tad-dritt tal-Unjoni. Hija wkoll tisma’ ap...
Dwar il-Qorti Ġenerali
Il-Qorti Ġenerali hija l-qorti inferjuri minn fost iż-żewġ Qrati li jifformaw il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
Hija għandha 54 Imħallef, 2 minn kull Stat Membru.
Il-missjoni ewlenija tagħha hija li tittratta l-kawżi kollha mressqa minn individwi, kumpanniji u organizzazzjonijiet li jikkontestaw atti jew deċiżjonijiet ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni. Permezz ta’ dawn il-kawżi, il-Qorti Ġenerali tiżgura li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni josservaw il-liġi.
Hija għandha wkoll tirrispondi għal ċerti domandi magħmula mill-qrati nazzjonali.
