Preżentata ta’ dokumenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

Tista’ ssir preżentata tad-dokumenti b’mod elettroniku, bil-posta, personalment jew bl-applikazzjoni e‑Curia. Ir-rappreżentanti jingħataw il-parir li jikkonsultaw bir-reqqa r-Regoli tal-Proċedura u t-testi assoċjati magħhom qabel il-preżentata tad-dokumenti.

Preżentata ta’ atti proċedurali b’mod elettroniku

Tista’ ssir preżentata tal-atti proċedurali permezz tal-applikazzjoni elettronika “e‑Curia” mill-aġenti jew l-avukati awtorizzati jipprattikaw quddiem qorti nazzjonali fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew taż-ŻEE, kif ukoll mill-qrati nazzjonali jew mir-rappreżentanti tal-partijiet fil-kuntest ta’ proċeduri għal deċiżjoni preliminari. Huma biss id-detenturi ta’ kontijiet e‑Curia awtorizzati li jistgħu jippreżentaw dokumenti permezz ta’ din is-sistema.

Bl-użu ta’ e‑Curia, ma huwiex neċessarju li d-dokument jew il-kopji ċċertifikati tiegħu jintbagħtu bil-posta.

Aċċess għall-applikazzjoni e‑Curia.

Ara l-paġna e‑Curia tagħna għal iktar informazzjoni dwar din l-applikazzjoni u kif għandu jinfetaħ kont.

Preżentata ta’ atti proċedurali bil-posta

L-atti proċedurali u kull korrispondenza li tikkonċerna kawżi mressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jintbagħtu bil-posta lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-indirizz huwa:

Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja
Rue du Fort Niedergrünewald
L-2925 Luxembourg

Tista’ wkoll tipprovdi fiżikament atti proċedurali direttament lill-uffiċċji tar-Reġistru matul il-ħinijiet tax-xogħol, jew lill-uffiċċju ta’ riċezzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja barra dawk il-ħinijiet.

Il-fatt li jkun intbagħat messaġġ elettroniku qabel il-wasla tad-dokument fiżiku, bil-posta jew personalment, jittieħed inkunsiderazzjoni f’termini ta’ termini proċedurali. Madankollu, sabiex il-messaġġ elettroniku jkun validu, jeħtieġlek tiżgura l-konformità mar-Regoli tal-Proċedura kemm fir-rigward tas-sottomissjoni tiegħu kif ukoll tal-preżentata sussegwenti tad-dokument fiżiku.

Jekk jogħġbok uża l-indirizz tal-posta elettronika li ġej: ECJ.Registry@curia.europa.eu. Sabiex tevita problemi tekniċi għandek taqsam il-fajls il-kbar f’partijiet iżgħar.

Informazzjoni addizzjonali

Għal iktar informazzjoni dwar il-modi differenti ta’ preżentata ta’ dokumenti, ara t-testi differenti fuq il-paġna tagħna dwar il-proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Tista’ tikkuntattja wkoll lir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja permezz tal-posta elettronika fuq ECJ.Registry@curia.europa.eu jew bit-telefon fuq + 352 4303‑1.

Il faks ma għadux jintuża bħala mezz ta’ komunikazzjoni.

Ara wkoll