Repertorju tal-Ġurisprudenza
X’inhu r-Repertorju tal-Ġurisprudenza?
Ir-Repertorju tal-Ġurisprudenza fih katina ta’ kliem gwida u sunti għal kull sentenza jew digriet. Dawn jenfasizzaw il-punti ta’ liġi essenzjali deċiżi. Jinkludu wkoll inklużi referenzi għall-punti rilevanti tad-deċiżjoni. Huwa jiġi aġġornat kull ġimgħa.
X’fih ir-Repertorju?
Kull daħla fir-Repertorju fiha katina ta’ kliem gwida u sunti li jittrażmettu b’mod konċiż is-sustanza tad-deċiżjoni jew tad-deċiżjonijiet tal-Qorti inkwistjoni.
Kull katina ta’ kliem gwida fih link għad-deċiżjoni inkwistjoni u indikazzjoni tal-punti tad-deċiżjoni li tirreferi għalihom. Ċerti kliem gwida jiġu wkoll segwiti minn sunt, li jippreżenta l-punti ta’ liġi fundamentali u, għal ċerti deċiżjonijiet, il-fatti tad-deċiżjoni kkonċernata.
F’kull taqsima tal-pjan ta’ klassifikazzjoni, kull daħla tiġi ppreżentata b’mod kronoloġiku skont id-data tad-deċiżjoni rilevanti. Sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, meta l-katina ta’ kliem gwida jew is-sunt ta’ deċiżjoni ġdida tiġi identika għal daħla eżistenti, jiżdied biss riferiment għad-deċiżjoni l-ġdida u għall-punti rilevanti ta’ dik id-deċiżjoni.
Ir-Repertorju tal-Ġurisprudenza huwa disponibbli biss bil-Franċiż.
Pjan ta’ klassifikazzjoni tal-ġurisprudenza
Għall-ġurisprudenza mill‑1954 sal‑2009, ir-Repertorju huwa maqsum fi tmien taqsimiet. Fl‑2010, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona, ġie introdott pjan ta’ klassifikazzjoni ġdid, maqsum f’disa’ taqsimiet. Saru referenzi mis-sistema ta’ klassifikazzjoni l-qadima lejn dik ġdida sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn waħda għall-oħra.
Kull intestatura hija maqsuma f’ħafna kapitoli u subkapitoli li jirrappreżentaw total ta’ iktar minn 1500 intestatura ta’ klassifikazzjoni.
Pjan sistematiku wara t-Trattat ta' Lisbona
(applikat għall-ġurisprudenza mill-2010)
- Is-sistema ġuridika tal-Unjoni Ewropea
- Il-kuntest istituzzjonali tal-Unjoni Ewropea
- Il-kontenzjuż
- Il-politika interna tal-Unjoni Ewropea
- L-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej
- Il-politika esterna
- Id-dispożizzjonijiet ġenerali u finali
- L-adeżjoni tal-Istati Membri l-ġodda
- Is-Servizz Pubbliku
Pjan sistematiku qabel it-Trattat ta' Lisbona
(applikat għall-ġurisprudenza mill-1954 sal-2009)
- Is-sistema ġuridika Komunitarja
- Il-Komunità Ewropea (KEE/KE)
- Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar (KEFA)
- Il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA)
- Konvenzjoni dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi
- Il-Funzjoni Pubblika
- L-Unjoni Ewropea (UE)
- Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali
