Arkivji storiċi

L-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-arkivji tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, huma aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn huma bbażati fl-Istitut Universitarju Ewropew (EUI) f’Firenze. Tista’ titlob aċċess għall-arkivji billi tikkuntattja lill-EUI.

Skont ir-regoli adottati fl‑1983, fl‑2003 u fl‑2015, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikollhom arkivji storiċi miftuħa għall-pubbliku.

B’riżultat tad-deċiżjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2014, l-arkivji tal-Qorti tal-Ġustizzja huma bbażati fl-Istitut Universitarju Ewropew (EUI) f’Firenze, l-Italja. Hawnhekk, huma aċċessibbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni, inklużi riċerkaturi akkademiċi u storiċi.

Għal iktar informazzjoni dwar l-aċċess għall-arkivji, ara l-paġna tas-sit internet tal-EUI dwar l-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea.

Liema dokumenti huma inklużi?

L-Arkivji Storiċi fihom dokumenti prodotti jew riċevuti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni bħala parti mill-ħidma tagħhom, sakemm

  • dawn ikunu ntgħażlu sabiex jinżammu b’mod permanenti
  • ikollhom iktar minn 30 sena

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħti aċċess mhux biss għad-dokumenti amministrattivi, iżda wkoll għall-arkivji ġudizzjarji. Il-materjali aċċessibbli kollha huma kkatalogati fl-inventarju tal-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-aċċess għall-arkivji ma huwiex awtomatiku: it-talbiet kollha għall-aċċess huma suġġetti għal eżami minn qabel.

Talba għal aċċess

Sabiex titlob aċċess għal fajl wieħed jew iktar mill-Arkivji Storiċi, jekk jogħġbok ibgħat messaġġ elettroniku fuq archiv@eui.eu.

Din it-talba tiġi eżaminata bir-reqqa, filwaqt li jitqiesu, pereżempju

  • id-dritt għall-protezzjoni tal-ħajja privata
  • interessi kummerċjali
  • is-segretezza tad-deliberazzjonijiet

B’riżultat ta’ dan, iż-żmien meħtieġ għall-ipproċessar tat-talba jista’ jvarja skont il-kumplessità jew il-volum tal-fajl.

Konsultazzjoni tal-arkivji

Jekk tingħata aċċess, tista’ tikkonsulta d-dokumenti fl-EUI f’Firenze jew permezz tad-database online mingħajr ħlas.

Għal iktar informazzjoni dwar il-modalitajiet ta’ konsultazzjoni, ara d-deċiżjoni meħuda mill-Qorti tal-Ġustizzja fl‑2014.

Informazzjoni u kuntatt

Jekk għandek xi mistoqsijiet oħra, tista’ tibgħat messaġġ elettroniku lid-dipartiment tal-Qorti tal-Ġustizzja responsabbli għall-ġestjoni tal-arkivji storiċi fuq Curia-archives-historiques@curia.europa.eu.

Ara wkoll