RSS
RSS feed tas-sit Curia jista’ jinnotifikak meta jiġu ppubblikati sentenzi, konklużjonijiet jew stqarrijiet għall-istampa ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jagħtik aċċess dirett għat-testi sħaħ.
X’inhu ir-“RSS”?
“RSS” tfisser “Really Simple Syndication” jew “Rich Site Summary”. Dan huwa format ta’ test li jipprovdi awtomatikament l-aħħar aġġornamenti online dwar suġġetti disponibbli fuq l-internet, mingħajr il-ħtieġa li tfittixhom manwalment.
Ir-RSS jista’ jinformak meta sentenzi, konklużjonijiet jew stqarrijiet għall-istampa ġodda tal-Qorti tal-Ġustizzja jiġu ppubblikati fis-sit Curia, b’aċċess dirett għat-testi sħaħ.
Kif nista’ nżid RSS feed għas-sit Curia?
Sabiex tabbona għal RSS feed tas-sit Curia, għandek bżonn RSS reader. Din l-għodda tivverifika l-aġġornamenti u tavżak meta kontenut ġdid ikun disponibbli online.
Sabiex tabbona
- Agħżel RSS reader: fittex online għal RSS reader li jaħdem mas-sistema operattiva tiegħek
- Installa r-reader: segwi l-istruzzjonijiet sabiex tuża RSS reader sabiex tniżżel u tinstalla r-reader
- Abbona għal feed: segwi l-istruzzjonijiet tar-reader sabiex iżżid RSS feed tas-sit Curia bħala kanal ġdid
Ladarba żżid RSS feed, ir-RSS reader jaġġorna awtomatikament u jinnotifikak kull darba li jiġi ppubblikat kontenut ġdid.
Liema RSS feeds huma offerti fis-sit Curia?
Ir-RSS feeds tal-istqarrijiet għall-istampa huma disponibbli fi 23 lingwa fis-sit Curia. Sabiex taċċedi għalih bil-Malti, daħħal l-URL li ġej.
MT + EN: https://curia.europa.eu/site/rss.jsp?lang=mt&secondLang=en
MT + FR: http://curia.europa.eu/site/rss.jsp?lang=mt&secondLang=fr
