• Fl‑1 ta’ Mejju 2004, għaxar Stati Membri ġodda ngħaqdu mal-Unjoni Ewropea: ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja. Dan kien l-ikbar tkabbir f’daqqa kemm f’termini ta’ popli u ta’ pajjiżi. Barra minn hekk, din l-adeżjoni inkorporat fl-ispazju legali komuni tal-Unjoni varjetà kbira ta’ stejjer, kulturi legali, u tradizzjonijiet nazzjonali. Fid-dawl tal-grad ta’ integrazzjoni li l-Unjoni kienet laħqet sal‑2004, minn naħa, u tad-diversità li kienu jirrappreżentaw l-għaxar Stati Membri l-ġodda, min-naħa l-oħra, l-importanza ta’ dan il-mument ma tistax tiġi injorata. Jista’ jintqal li, fih innifsu, it-tkabbir tal‑2004 kien mument kostituzzjonali – bidla fil-paradigma – li għaqqad lill-Ewropa tal-Lvant u lil dik tal-Punent taħt proġett kostituzzjonali komuni. L-Unjoni Ewropea firxet il-valuri u l-prinċipji tagħha lil partijiet tal-Ewropa li għandhom storja partikolarment kumplessa. Filwaqt li l-għaxar Stati Membri l-ġodda ngħaqdu mal-Unjoni b’determinazzjoni partikolari u b’tama ta’ libertà, ġustizzja u prosperità, din id-determinazzjoni kellha tiġi ttestjata minn sfidi kunsiderevoli.

  • Fl‑2022, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċċelebrat is‑70 anniversarju tagħha. Għal din l-okkażjoni, inżammu diversi avvenimenti matul is-sena, b’mod partikolari l-Forum tal-Membri tal-Ġudikatura ddedikat għat-tema “Ġustizzja qrib iċ-ċittadin”, udjenza solenni u l-ħruġ ta’ bolla kommemorattiva.

  • CJEU “Innovation Days” Conference
    22 - 23 May 2023
    hosted by the Court of Justice of the EU (CJEU), in Luxembourg
  • Farewell ceremonies for the British judges of the Court of Justice of the European Union, Ian Forrester (General Court) and Christopher Vajda (Court of Justice), were held on 6th and 12th February respectively.

  • Fit-13 ta' Mejju 2013, fis-sede tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu, inżammet ġurnata ta' riflessjoni b'tifkira tal-50 anniversarju tas-sentenza "Van Gend en Loos", mogħtija fil-5 ta' Frar 1963. Matul dan il-jum, is-sentenza ġiet eżaminata kemm bħala sors kif ukoll bħala matriċi tal-prinċipji li ffurmaw l-istruttura kostituzzjonali tal-Unjoni, kif ukoll mill-perspettiva tal-potenzjalitajiet tagħha fl-iżvilupp futur tal-kostruzzjoni Ewropea.

  • Sabiex jitfakkar it-tletin anniversarju mit-twaqqif tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, fil‑25 ta’ Settembru 2019 sar kollokju fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.