Dwar dan is-sit internet

Kontenut editorjali

Il-Qorti tal-Ġustizzja ħolqot u żżomm dan is-sit sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-ħidma tagħha.

L-għan tagħna huwa li din l-informazzjoni tinżamm aġġornata u preċiża. Jekk jinġiebu xi żbalji għall-attenzjoni tagħna, ser naħdmu sabiex nirranġawhom.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ma taċċetta l-ebda responsabbiltà għall-informazzjoni pprovduta fil-kontenut editorjali ta’ dan is-sit jew għall-użu li inti tagħmel minnu.

Jekk jogħġbok innota dan li ġej.

  • Din l-informazzjoni hija ġenerali. Ma hijiex maħsuba sabiex tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi speċifiċi ta’ persuna jew ta’ entità partikolari.
  • Is-sit huwa intiż li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-ħidma tagħha. Ma huwiex intiż li jkun totalment eżawrjenti.
  • Ma nagħtux l-assigurazzjoni li dan is-sit ikun kompletament aġġornat.
  • L-ebda informazzjoni ma tista’ titqies li tkun parir professjonali jew legali. Jekk teħtieġ parir speċifiku, dejjem għandek tikkonsulta professjonist ikkwalifikat kif xieraq.
  • Xi drabi jkun hemm links għal siti esterni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandha l-ebda kontroll fuqhom u lanqas ma tassumi responsabbiltà għal dawn.

Ġurisprudenza

Id-database tal-ġurisprudenza tas-sit internet tal-Qorti tal-Ġustizzja tagħti aċċess għad-dokumenti legali prodotti mill-Qorti tal-Ġustizzja. Dan jinkludi sentenzi, digrieti, konklużjonijiet u deċiżjonijiet.

Huma biss il-verżjonijiet ta’ dawn id-dokumenti ppubblikati fil-Ġabra Diġitali jew f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li huma awtentiċi.

Kwalunkwe dokument ieħor ipprovdut f’din it-taqsima tas-sit jiġi pprovdut biss għal skopijiet ta’ informazzjoni pubblika. Dawn jistgħu jinbidlu.

Link lejn dan is-sit

Tista’ tagħmel link lejn paġni ta’ dan is-sit taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • It-tieqa ta-browser għandha turi biss l-informazzjoni mill-paġna li lejha tkun għamilt link u l-indirizz tagħha.
  • L-ebda informazzjoni mis-sit ma tista’ tinbidel b’xi mod.

Ara wkoll