Cookies
Introduzzjoni
Sabiex niżguraw il-funzjonament tajjeb ta’ dan is-sit, xi drabi nqiegħdu fajls żgħar ta’ data, imsejħa cookies, fl-apparat tiegħek.
Għandek il-possibbiltà li tħassar jew timblokka l-cookies jekk tixtieq; madankollu, dan jista’ jillimita l-prestazzjoni ta’ ċerti karatteristiċi tas-sit. Huwa importanti li wieħed jinnota li kwalunkwe informazzjoni miġbura permezz ta’ dawn il-cookies tintuża biss sabiex ittejjeb il-funzjoni tas-sit u l-esperjenza tal-utenti, u hija kkontrollata kompletament mis-sit Curia.
X’inhuma l-cookies?
Cookie huwa fajl żgħir li fih ikun hemm test maħżun mis-sit fil-kompjuter jew fl-apparat mobbli tiegħek meta żżur is-sit. Dan jippermetti lis-sit jiftakar l-azzjonijiet u l-preferenzi tiegħek (bħall-isem tal-utent, il-lingwa, id-daqs tat-tipa u preferenzi ta’ wiri oħrajn) matul perijodu ta’ żmien. Dan ifisser li ma jkollokx għalfejn toqgħod tissettja mill-ġdid din l-informazzjoni kull darba li terġa’ żżur dan is-sit jew tmur minn paġna għal oħra.
Cookies oħra, minn partijiet terzi, jistgħu jintużaw ukoll għall-ittraċċar tan-navigazzjoni tiegħek lejn siti oħra li jużaw ukoll is-servizzi ta’ dawn il-partijiet terzi.
Kif tikkontrolla l-cookies tiegħek
Tista’ tikkontrolla u/jew tħassar il-cookies kif tixtieq. Tista’ ssib iktar dettalji fuq aboutcookies.org, li jipprovdi wkoll informazzjoni dwar kif għandu jsir dan fuq ħafna min-navigaturi l-iktar użati.
Tista’ tħassar il-cookies li diġà jinsabu fil-kompjuter tiegħek.
Madankollu, jekk tħassar il-cookies, jista’ jkollok bżonn tadatta ċerti preferenzi matul iż-żjara tiegħek li jmiss tas-sit u terġa’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek għall-użu tal-cookies.
Kif nużaw il-cookies fis-sit tal-Qorti
Ħarsa ġenerali
Il-cookies li ġejjin jintużaw mis-sit tal-Qorti. Iktar dettalji dwar liema cookies jintużaw fejn u x’jagħmlu jinsab hawn taħt.
|
Isem |
Fornitur |
Għan |
Meħtieġ/Fakultattiv |
Skadenza |
Tip |
|
JSESSIONID |
curia.europa.eu |
Jaħżen il-preferenzi ta’ utent fil-paġni |
Meħtieġ |
Sessjoni |
HTTP |
|
JSESSIONIDCORS |
curia.europa.eu |
Jaħżen il-konfigurazzjoni CORS fil-paġni |
Meħtieġ |
Sessjoni |
HTTP |
|
cck1 |
curia.europa.eu |
Jaħżen jekk utent ikun ra l-banner ta’ cookie ta’ dan is-sit u jirreġistra l-għażla tiegħu |
Meħtieġ |
180 jum |
HTTP |
|
mtm_consent |
curia.europa.eu |
Jaħżen jekk utent imbagħad ikun għażel jew le li juża cookies analitiċi |
Meħtieġ |
400 jum |
HTTP |
|
_pk_id |
curia.europa.eu |
Cookie analitiku. Użat sabiex jivverifika jekk utent ikunx diġà żar is-sit qabel |
Fakultattiv |
56 ġimgħa |
HTTP |
|
_pk_ses |
curia.europa.eu |
Cookie tas-sessjoni analitika. |
Fakultattiv |
Sessjoni |
HTTP |
|
_pk_ref |
curia.europa.eu |
Cookie analitiku. Jaħżen informazzjoni dwar min ikun ġab lill-viżitatur fis-sit |
Fakultattiv |
6 xhur |
HTTP |
|
dsrwid |
curia.europa.eu |
Cookie ta’ sigurtà użat mill-applikazzjoni e‑Curia |
Meħtieġ |
Sessjoni |
HTTP |
Sit ewlieni (curia.europa.eu)
Għadd ta’ paġni tas-sit Curia jużaw cookies. Dawn jiftakru:
- Il-parametri tekniċi u l-preferenzi ta’ wiri tiegħek, bħal-lingwa, il-parametri tal-kuntrast tal-kulur jew id-daqs tat-tipa (JSESSIONID u JSESSIONIDCORS).
- Jekk tkunx aċċettajt (jew le) l-użu tagħna ta’ cookies f’dan is-sit (cck1).
Dawn il-cookies huma teknikament meħtieġa.
Jekk tħassar dawn il-cookies, din il-konfigurazzjoni trid terġa’ ssir fiż-żjara li jmiss tiegħek fuq dan is-sit jew jekk tmur fuq paġna oħra fis-sit.
Bit-tħassir tal-cookie cck1 il-banner tal-cookie jerġa’ jidher u terġa’ tintalab tagħti l-kunsens tiegħek.
L-informazzjoni dwar il-cookie ma tintużax sabiex tidentifikak personalment.
Tfittxija (infocuria.curia.europa.eu)
Il-funzjoni ta’ tfittxija u d-database tal-ġurisprudenza ma jirrikjedux cookies addizzjonali oħra li jmorru lil hinn minn dawk li jkunu komuni għas-sit kollu.
e‑Curia
L-applikazzjoni e‑Curia tuża sessjoni tal-cookies permezz ta’ Cloudflare sabiex issaħħaħ is-sigurtà u l-prestazzjoni tal-applikazzjoni billi tidentifika u tikkontrolla t-traffiku minn utenti differenti wara indirizz IP kondiviż.
Il-cookie jgħin lil Cloudflare tiddistingwi bejn utenti leġittimi u dawk il-bots jew persuni li jattakkaw siti internet li jkunu potenzjalment malizzjużi, u b’hekk tippermetti miżuri ta’ sigurtà xierqa.
Analitika
Il-Qorti tal-Ġustizzja tuża l-pjattaforma analitika b’sors miftuħ “Matomo” sabiex tevalwa l-effettività u l-effiċjenza tas-sit tagħha.
Il-ġbir ta’ din id-data jippermettilna nissorveljaw kif is-sit tagħna jkun qed jintuża u nagħmlu titjib sabiex ngħinu lill-utenti jsibu l-informazzjoni li jeħtieġu.
Matomo jippermetti l-protezzjoni tad-data personali tal-utenti finali. Il-karatteristiċi ewlenin jinkludu t-tneħħija tal-identifikazzjoni tal-indirizz IP u mekkaniżmu ta’ diżattivazzjoni, li jippermetti lill-utenti jagħżlu li ma jkunx hemm traċċar tan-navigazzjoni tagħhom għal analiżi.
X’data tinġabar?
Id-data miġbura tikkonsisti f’identifikatur, informazzjoni bħal
- id-data u l-ħin tal-konsultazzjoni tal-paġni
- il-paġni, il-links u l-fajls ikkonsultati
- min ikun ġab lill-viżitatur fis-sit
- data teknika tal-kompjuter u tan-navigatur tiegħek
Ma tinġabar l-ebda data li tippermetti l-identifikazzjoni diretta tal-persuni.
L-informazzjoni miġbura tinżamm għal perijodu ta’ 13‑il xahar. Sussegwentement, tinżamm biss l-informazzjoni aggregata.
Kuntatt
Jekk ikollok mistoqsija speċifika dwar il-ħżin u l-użu tad-data tiegħek, tista’ tibgħatilna permezz tal-formola ta’ kuntatt tagħna.
Konformement mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data personali, għandek id-dritt li titlob aċċess għad-data tiegħek u, fejn applikabbli, ir-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar.
Aħna nwieġbu t-talba tiegħek malajr kemm jista’ jkun u, bħala prinċipju, fi żmien xahar. Dan il-perijodu jista’ jiġi estiż fejn ikun meħtieġ.
Tista’ wkoll tikkuntattja lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea: DataProtectionOfficer@Curiacuria.europa.eu
Għandek dritt tressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jekk tqis li l-ipproċessar tad-data personali li tikkonċernak ma jkunx konformi mar-Regolament 2018/1725.
Kunsens u Diżattivazzjoni
Meta tikkonsulta s-sit tagħna għall-ewwel darba, tintalab jekk taqbilx li l-użu tiegħek tas-sit jiġi ttraċċat u użat sabiex jgħinna ntejbu s-sit.
Jekk tagħżel li tippermettilna nanalizzaw l-użu tiegħek ta’ dan is-sit, jinħażnu tliet cookies fuq il-kompjuter tiegħek. Waħda, cookie ta’ sessjoni (pk_ses) użata matul din iż-żjara, waħda, cookie persistenti (_pk_ref) valida għal 6 xhur, li tippermettilna naraw kif wasalt fis-sit, u t-tielet waħda (_pk_id), cookie persistenti, valida għal 56 ġimgħa, li tintuża sabiex jiġi identifikat jekk sussegwentement tkun ġejt lura fis-sit.
L-għażla li ma tipparteċipax fl-istatistika anonimizzata ma taffettwax l-esperjenza tiegħek ta’ navigazzjoni fis-sit tagħna. Tista’ tiddeċiedi li tirtira jew tagħti l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin. Sabiex tara l-istatus attwali tiegħek u tikkontrolla l-kunsens tiegħek, jekk jogħġbok ikkonsulta l-kaxxa korrispondenti hawn taħt:
