Dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Introduzzjoni
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li toffri lill-utenti kollha tas-sit tagħna aċċess ugwali għall-informazzjoni tagħna. Dan is-sit ġie ddisinjat bl-aċċessibbiltà fil-qalba tiegħu. Aħna nużaw prinċipji ta’ disinn universali li jiżguraw li s-sit tagħna jkun jista’ jiġi kkonsultat u li n-navigazzjoni fis-sit isir b’mod effettiv mill-utenti kollha tagħna, irrispettivament mill-apparat li jużaw.
Aħna nosservaw id-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tas-Siti (Direttiva (UE) 2016/2102) sabiex niżguraw li dan is-sit u l-pubblikazzjonijiet li jinsabu fih ikunu aċċessibbli għall-utenti kollha, inklużi dawk bi problemi ta’ vista, ta’ smigħ, bi problemi konjittivi jew fiżiċi, kif ukoll għal dawk li ma jkollhomx l-aħħar teknoloġija. Il-kontenut tas-sit tagħna huwa aċċessibbli minn diversi apparati bħal kompjuters desktop u laptop, kif ukoll apparati mobbli li permezz tagħhom tkun tista’ żżur sit internet.
Kif nikkonformaw
- Biħsiebna nissodisfaw mill-inqas l-istandard WCAG 2.2, livell AA. Dan jista’ jvarja għal elementi speċifiċi jekk ikun hemm ġustifikazzjoni għal raġunijiet tekniċi jew prattiċi.
- Aħna nippubblikaw dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà online.
- Aħna ngħinu lill-utenti jikkuntattjawna sabiex jirrapportaw kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà.
- Aħna ninkludu klawżoli ta’ konformità dwar l-aċċessibbiltà fil-kuntratti konklużi mal-fornituri tas-servizzi għall-iżvilupp tal-paġni internet u għall-produzzjoni tal-pubblikazzjonijiet.
- Aħna nwettqu awditi tal-aċċessibbiltà b’riżorsi interni u esterni.
Status ta’ konformità:
Is-sit tagħna huwa parzjalment konformi mal-istandards ta’ aċċessibbiltà msemmija fid-Direttiva (UE) 2016/2102, minħabba n-nuqqasijiet elenkati hawn taħt.
Kontenut mhux aċċessibbli
Limitazzjonijiet magħrufa:
- Ċerti fajls pdf li huma eqdem ma humiex kompletament aċċessibbli.
- Titoli, ġerarkija tat-titoli u tikketti: l-istruttura tista’ tittejjeb biż-żieda ta’ tag wieħed <main> sabiex jiġi ddefinit aħjar il-qasam ewlieni tal-kontenut, u t-tikketti u t-titoli jistgħu jkunu iktar espliċiti. Dan jippermetti fehim aħjar tal-kuntest u ta’ ċerti azzjonijiet.
- Navigazzjoni: il-link sabiex taqbeż partijiet tas-sit għandu jiġi indikat b’mod iktar ċar u adattat għall-kuntest ta’ kull paġna. Jista’ wkoll jiġi ssupplimentat permezz ta’ taqsiriet tat-tastiera oħra li malajr jidderiġu lill-utent lejn żoni speċifiċi.
- Il-videos imxandra live ma humiex issottotitolati.
- Il-videos irreġistrati minn qabel ma jinkludux deskrizzjoni awdjo.
Tħejjija ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ aċċessibbiltà
Din id-dikjarazzjoni tħejjiet f*‑10 ta’ Settembru 2025.
Din tħejjiet abbażi ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea nnifisha.
Rispons u informazzjoni ta’ kuntatt
Aħna naħdmu attivament sabiex intejbu l-aċċessibbiltà u l-użu tas-sit tagħna u, f’dan ir-rigward, nilqgħu r-rispons tiegħek.
Ikkuntattjana biex tirrapporta kwistjonijiet ta’ aċċessibbiltà jew biex tipprovdi suġġerimenti sabiex intejbu l-aċċessibbiltà. Jekk jogħġbok kun ċar u ddettaljat kemm jista’ jkun sabiex nifhmu n-natura tal-problema. Jekk il-kumment tiegħek jikkonċerna paġna speċifika, jekk jogħġbok inkludi l-url ta’ din il-paġna fil-messaġġ tiegħek.
