Żjarat fil-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandha l-għan li tressaq il-Qorti tal-Ġustizzja l-eqreb possibbli lejn iċ-ċittadini tal-Unjoni. Mod kif tagħmel dan huwa bl-organizzazzjoni ta’ żjarat, li huma amministrati mid-Dipartiment għaż-Żjarat tal-Qorti tal-Ġustizzja

Iż-żjarat jgħinu sabiex jispjegaw ir-rwol u l-għan fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali, u kif is-sentenzi tagħhom għandhom impatt dirett fuq il-ħajja taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Hemm diversi modi kif wieħed iżur il-Qorti tal-Ġustizzja.

Attendenza għal seduti pubbliċi

Viżitaturi individwali jistgħu jassistu għal seduti pubbliċi organizzati fil-Qorti tal-Ġustizzja jew fil-Qorti Ġenerali. L-aġenda tal-Qorti tal-Ġustizzja fiha dettalji tas-seduti, tas-sentenzi u tal-konklużjonijiet kollha skedati għall-ġimgħat li ġejjin.

Għal iktar dettalji, ara l-paġna tagħna dwar l-attendenza għal seduti pubbliċi.

Żjarat għal gruppi

Gruppi ta’ professjonisti legali, studenti u ċittadini oħra jistgħu jibbenefikaw minn żjarat organizzati u jibbenefikaw minn programm imfassal sabiex jagħti stampa sħiħa tax-xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal iktar dettalji, ara l-paġna tagħna dwar iż-żjarat għal gruppi .

Proġett edukattiv

L-istudenti tal-iskejjel sekondarji u postsekondarji li ta’ bejn 15 u 18‑il sena jistgħu jipparteċipaw fil-programm edukattiv online tal-Qorti tal-Ġustizzja. Kull avveniment jiġi organizzat minn għalliem jew mill-persuna responsabbli għall-klassi.

Għal iktar dettalji, ara l-paġna tagħna dwar proġetti edukattivi.

Żjarat turistiċi

Gruppi sa 20 persuna jistgħu jipparteċipaw fi żjarat iggwidati tal-Qorti tal-Ġustizzja organizzati mill-Uffiċċju tat-Turiżmu tal-Lussemburgu. Dawn iż-żjarat jiġu organizzati barra mill-ħinijiet regolari ta’ xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal iktar dettalji, ara l-paġna tagħna dwar iż-żjarat iggwidati.

Żjarat tax-xogħlijiet ta’ arti tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea torganizza żjarat iggwidati mingħajr ħlas tal-kollezzjoni tal-arti tagħha li tippreżenta l-wirt kulturali Ewropew.

Għal iktar dettalji, ara l-paġna tagħna dwar iż-żjarat tax-xogħlijiet ta’ arti.