Żjarat tax-xogħlijiet ta’ arti tal-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea torganizza żjarat iggwidati mingħajr ħlas tal-kollezzjoni tal-arti tagħha li tirrappreżenta l-wirt kulturali Ewropew.

Żjarat iggwidati tal-bini u tax-xogħlijiet ta’ arti

Permezz tal-għotjiet u tas-self mill-Istati Membri tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ kollezzjoni tal-arti li tirrappreżenta l-wirt kulturali Ewropew. Fid-disinn tal-bini tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-arkitett Dominique Perrault ikkunsidra kif il-kollezzjoni tista’ tintwera u tiġi organizzata aħjar.

Id-Dipartiment għaż-Żjarat tal-Qorti tal-Ġustizzja jorganizza żjarat iggwidati mingħajr ħlas sabiex wieħed jesplora l-kollezzjoni fl-ambjent arkitettoniku uniku tiegħu.

Iż-żjarat huma disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, skont skeda ddefinita.

Jekk tixtieq tipparteċipa fi żjara, trid tirreġistra billi tuża l-formola ta’ reġistrazzjoni mill-inqas jumejn ta’ xogħol minn qabel.

Sa 20 persuna jistgħu jipparteċipaw f’kull żjara. Il-viżitaturi kollha jridu jippreżentaw passaport, karta tal-identità jew liċenzja tas-sewqan u jaslu fid-daħla għall-viżitaturi 15‑il minuta qabel il-bidu taż-żjara.

Żjarat iggwidati addizzjonali f’data oħra jew f’lingwi oħra jistgħu jiġu organizzati fuq talba għal gruppi ta’ mill-inqas seba’ parteċipanti. Tista’ tuża l-opzjoni ta’ “żjarat organizzati” fuq il-formola ta’ kuntatt sabiex tikkuntattja lid-Dipartiment għaż-Żjarat.