Assistenti fi ħdan id-diviżjonijiet lingwistiċi
L-assistent amministrattiv jimplimenta d-deċiżjonijiet amministrattivi tal-Kap tad-diviżjoni, u jista’ jintalab ukoll jikkoordina l-kompiti tas-segretarjat, jorganizza l-proċessi ta’ esternalizzazzjoni flimkien mad-diviżjoni Planning u t-Traduzzjoni Esterna, jipproduċi tabelli ta’ monitoraġġ u ġestjoni kif ukoll, f’xi każijiet, iqassam il-kompiti b’mod partikolari ta’ traduzzjoni u kontroll tal-kwalità lill-ġuristi lingwisti.
Il-membri l-oħra tas-Segretarjat għandhom jieħdu ħsieb prinċipalment li jirċievu t-talbiet għat-traduzzjoni, li jivverifikaw li l-elementi kollha indikati minn min jitlob it-traduzzjoni jiġu inklużi fid-dokument u li dan jissodisfa r-rekwiżiti kollha formali u ta’ kwalità. Huma responsabbli għall-pretrattament tat-testi qabel ma jiġu assenjati lill-ġuristi lingwisti billi jiġbru kull element li jkun jista’ jiġi inkluż fl-abbozz tat-traduzzjoni, u li jinħarġu lejn min ikun talab it-traduzzjoni. Huma jieħdu sehem ukoll fil-kompiti ta’ ġestjoni tal-freelancers.
Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess għall-professjoni ta’ assistent lingwistiku huma indikati fl-avviżi ta’ kompetizzjoni u ta’ pożizzjonijiet vakanti ppubblikati fis-sit EPSO jew fis-sit Curia.
Ara wkoll
>
