... u kompetenzi iktar speċifiċi
Dawn l-assistenti u amministraturi huma responsabbli b’mod partikolari għall-monitoraġġ tal-persunal, għall-akkoljenza u t-taħriġ tal-persunal, għal ċerti kompiti ta’ analiżi statistika kif ukoll għall-ġestjoni ta’ fajls amministrattivi. F’oqsma aktar tekniċi, id-dipartiment jibbaża ruħu fuq esperti, bħal informatiċi speċjalizzati fl-iżvilupp ta’ għodod ta’ ġestjoni jew assistenza għall-multilingwiżmu, amministraturi responsabbli għall-ipproċessar elettroniku tad-dokumenti jew amministraturi involuti fil-fluss ta’ talbiet għal traduzzjoni jew għal interpretazzjoni kif ukoll proċeduri amministrattivi, kuntrattwali u finanzjarji relatati mal-esternalizzazzjoni.
Il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-aċċess għal dawn il-professjonijiet speċifiċi huma speċifikati fl-avviżi ta’ kompetizzjoni u ta’ pożizzjonijiet vakanti ppubblikati fis-sit EPSO jew fis-sit Curia.
Ara wkoll
>
