Geert De Baere

President tar-Raba’ Awla

Bijografija

Imwieled fl‑1979 f’Antwerpen (il-Belġju), Geert De Baere kiseb liċenzja ta’ dritt fl-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen, il-Belġju) fl‑2002 u Master of Laws fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge, ir-Renju Unit) fl‑2003. Huwa kkompleta l-istudji tiegħu permezz ta’ dottorat fid-dritt fil-King’s College tal-University of Cambridge (l-Università ta’ Cambridge), fejn iddefenda t-teżi tiegħu fl‑2007. Fil-kuntest tad-dottorat tiegħu, kien riċerkatur mistieden mal-Columbia Law School tal-Columbia University (il-Fakultà tal-Liġi tal-Università Columbia, l-Istati Uniti) fl‑2005.

Wara li temm id-dottorat tiegħu, huwa ngħaqad, bħala riċerkatur postdottorali assoċjat, mal-Universiteit Antwerpen (l-Università ta’ Antwerpen), li magħha kien affiljat mill‑2007 sal‑2009.

Huwa mbagħad ingħaqad bħala lettur mistieden, fl‑2009, mal-Katholieke Universiteit Leuven (KUL) (l-Università Kattolika ta’ Leuven, il-Belġju) sabiex jgħallem hemmhekk id-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali, li sussegwentement għallem bħala lettur mill‑2010 sal‑2014 u bħala lettur prinċipali mill‑2015.

Bejn l‑2007 u l‑2009, G. De Baere eżerċita l-funzjonijiet ta’ référendaire fil-Qorti tal-Ġustizzja mal-Avukata Ġenerali Eleanor Sharpston, u sussegwentement, mill‑2016 sal‑2017, mal-Imħallef Alexandra (Sacha) Prechal.

Huwa nħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali fl‑4 ta’ Ottubru 2017 u serva bħala President ta’ Awla mit‑8 ta’ Ottubru 2021 sad‑19 ta’ Settembru 2022. Fis‑16 ta’ Settembru 2025 huwa ġie fdat mill-ġdid minn sħabu l-Imħallfin il-kariga ta’ President ta’ Awla u minn dakinhar ilu jaqdi dmiru f’din il-kariga.

Affiljazzjonijiet ma’ fondazzjonijiet, organi jew stabbilimenti fl-oqsma legali, kulturali, artistiċi, soċjali, sportivi jew tal-karità

Membru tal-International Advisory Board tal-Jean Monnet Network “EU-China Legal and Judicial Cooperation (EUPLANT)” tal-Queen Mary University ta’ London

Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Europe and the World: A Law Review

Editur tal-annotazzjonijiet tal-ġurisprudenza ta’ Columbia Journal of European Law

Membru tal-Academic review Board ta’ Cambridge International Law Journal

Membru tal-Kumitat Editorjali ta’ Oxford Reports on International Law in EU Courts