Antonio TIZZANO

Membru Preċedenti

Bijografija

Imwieled fl-1940; professur tad-dritt Ewropew fl-Università La Sapienza, ta' Ruma; professur fl-universitajiet "Istituto Orientale" (1969-1979) u "Federico II" ta' Napli (1979-1992), ta' Catania (1969-1977) u ta' Mogadishu (1967-1972); avukat fil-Qorti tal-Kassazzjoni Taljana; Kunsillier ġuridiku fir-rappreżentanza permanenti tar-Repubblika Taljana għall-Komunitajiet Ewropej (1984-1992); membru tad-delegazzjoni Taljana fin-negozjati dwar l-adeżjoni tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża mal-Komunitajiet Ewropej, dwar l-Att Uniku Ewropew u dwar it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet, fosthom kuntarji fuq it-Trattati Ewropej u l-Kodiċi tal-Unjoni Ewropea; fundatur u direttur mill-1996 tar-rivista "Il Diritto dell'Unione Europea"; membru tal-kumitati ta' direzzjoni jew redazzjoni ta' diversi rivisti ġuridiċi; relatur f'diversi kungressi internazzjonali, konferenzi u korsijiet f'diversi istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom l-Académie de droit international ta' Den Haag (1987); membru tal-grupp ta' esperti independenti maħtura sabiex jeżaminaw il-finanzi tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (1999); Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2000 sat-3 ta' Mejju 2006; Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-4 ta 'Mejju 2006 sat-8 ta' Ottubru 2018; Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea mit--8 ta 'Ottubru 2015 sat-8 ta' Ottubru 2018.