Rosario Silva de Lapuerta
Membru Preċedenti
Bijografija
Imwielda fl-1945; gradwata fid-dritt (Université Complutense de Madrid); abogado del Estado f' Málaga; abogado del Estado fis-servizz ġuridiku fil-Ministeru tat-Transport, tat-Turiżmu u tal-Komunikazzjoni, wara fis-servizz ġuridiku tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin; abogado del Estado-Jefe tas-servizz ġuridiku tal-Istat, responsabbli minn proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u viċi-Direttur Ġenerali fis-servizz tal-assistenza ġuridika komunitarja u internazzjonali ta' l`Abogacia General del Estado (Ministeru tal-Ġustizzja); membru tal-Grupp ta' Riflessjoni tal-Kummisjoni fuq il-Ġejjieni tas-Sistema Ġudizzjarja Komunitarja; Kap tad-Delegazzjoni Spanjola tal-Grupp "Amis de la Présidence" għar-Riforma tas-Sistema Ġurisdizzjonali Komunitarja fit-trattat ta' Nizza u tal-grupp ad hoc "Qorti tal-Ġustizzja" tal-Kunsill; professur tad-Dritt Komunitarja fl-Iskola Diplomatika ta' Madrid; kodirettur tar-rivista "Noticias de la Unión Europea"; Imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2003. Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja mill-9 ta’ Ottubru sal-7 ta' Ottubru 2021.
