Michal Bobek
Membru Preċedenti
Bijografija
Imwieled fl-1977; master fid-dritt u master fir-relazzjonijiet internazzjonali (Università Karlova ta' Praga); gradwat fid-dritt Ingliż u fid-dritt tal-Unjoni Ewropea (Università ta' Cambridge); Magister Juris (Università ta' Oxford, St. Edmund Hall); dottorat fid-dritt (Istitut Universitarju Ewropew, Firenze); studji fl-Università libera ta' Brussell u fl-Università ta' Queensland (l-Awstralja); référendaire mal-President tal-Qorti amministrattiva suprema tar-Repubblika Ċeka (2005-2009), u wara Kap tad-dipartiment ta' riċerka u ta' dokumentazzjoni tal-istess qorti (2008-2009); kapaċità li jeżerċita l-funzjonijiet ta' Mħallef fir-Repubblika Ċeka (2009); lecturer (2011 u 2012) u riċerkatur (2013-2016) fl-Istitut tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat fl-Università ta' Oxford; professur fil-Collège d'Europe fi Bruges (2013-2015); membru tal-bord tal-appell tal-Bank nazzjonali Ċek (2013-2015); Imħallef ad hoc fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (2013-2015); kofondatur u president tal-assoċjazzjoni Ċeka tad-dritt Ewropew u tad-dritt ikkomparat; lecturer u professur mistieden f'diversi universitajiet fl-Ewropa u barra mill-Ewropa; awtur ta' diversi pubblikazzjonijiet fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, tad-drittijiet Ewropej tal-bniedem, tad-dritt (pubbliku) ikkomparat u tat-teorija tad-dritt; Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja mis-7 ta' Ottubru 2015 sal-7 ta' Ottubru 2021.
