Animazzjonijiet

Kif taħdem il-Qorti tal-Ġustizzja – il-punti bażiċi

Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa li tiżgura li d-dritt tal-UE jiġi osservat fl-UE kollha. Imma kif tagħmel dan? Dan il-video jagħti introduzzjoni qasira ta’ kif taħdem il-Qorti ...

X’jiġri meta pajjiż ma josservax id-dritt tal-Unjoni?

L-Unjoni Ewropea hija organizzazzjoni bbażata fuq l-Istat tad-dritt. Prinċipju bażiku ta’ dan huwa li l-pajjiżi tal-Unjoni għandhom josservaw ir-regoli li huma jadottaw kollettivament fi ħdan l-Unjoni...

It-Trasparenza tal-Ġustizzja

It-trasparenza hija valur fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din il-qorti tagħmel kemm jista’ jkun informazzjoni disponibbli fis-sit internet tagħha, inklużi s-sentenzi, il-konkl...

Tqassim tal-ġurisdizzjoni bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali

Liema qorti tisma’ liema kawża? Sabiex jiġu ttrattati b’mod effiċjenti l-mijiet ta’ kawżi li jintbagħtu quddiemha kull sena, il-piż tax-xogħol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jinqasam bejn ...

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE – regoli vinkolanti b’impatt reali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE ma hijiex biss ġabra ta’ ideat astratti; hija għandha saħħa li torbot, hija tiġi applikata mill-qrati madwar l-UE, inkluża mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjo...

Id-Difiża tal-Istat tad-Dritt fl-UE

Ir-rispett tal-Istat tad-dritt huwa parti fundamentali mid-demokrazija moderna. Ġudikatura indipendenti hija element ewlieni tal-Istat tad-dritt. F’dawn l-aħħar snin, il-Qorti tal-Ġustizzja kellha taq...

Drittijiet LGBTQ protetti mill-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Qorti tal-Ġustizzja ilha żmien twil li tiżgura t-trattament ugwali tal-individwi, ikun x’ikun il-ġeneru jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Dan il-filmat isemmi biss ftit mill-kawżi fejn il-Qorti...

Il-Proprjetà Intellettwali fil-Qorti Ġenerali

Il-proprjetà intellettwali għandha rwol importanti fis-suċċess ekonomiku tagħna u fil-benesseri tas-soċjetà b’mod ġenerali. Ara x’inhu r-rwol li għandha l-Qorti Ġenerali meta tiddeċiedi x’għandu u x’m...

Il-Qorti tal-Ġustizzja u d-drittijiet tal-istudenti

Permezz ta’ numru ta’ deċiżjonijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja għenet sabiex tiżgura li l-istudenti jkunu jistgħu jgawdu d-drittijiet tagħhom li jivvjaġġaw u jistudjaw fl-Unjoni Ewropea. Dan il-video jis...

Ir-rwol tal-Avukat Ġenerali

Il-kunċett ta’ Avukat Ġenerali jinsab biss f’xi sistemi legali nazzjonali. Dan il-film qasir jispjega kif il-11‑il Avukat Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja jipprovdu servizz prezzjuż lill-Qorti tal-Ġus...

Il-Qorti tal-Ġustizzja u s-servizzi mediċi transfruntalieri

Tul is-snin, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tagħti deċiżjonijiet f’numru ta’ kawżi li jqajmu kwistjonijiet dwar kif ir-regoli tal-UE tal-moviment liberu għandhom jiġu applikati għas-servizzi mediċi. D...

Il-Qorti tal-Ġustizzja u l-ambjent

L-UE tfittex livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali, imma r-regoli tagħha jkunu effettivi biss jekk jiġu infurzati bl-istess mod madwar l-Ewropa. Dan il-video qasir jispjega ftit mid-deċiżjonijiet ta...

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE u l-isport – garanzija ta’ Fair play barra mill-ground

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE joħolqu effett f’ħafna oqsma, inkluża d-dinja tal-isport. Dan il-filmat jispjega kif id-deċiżjonijiet tal-Qorti affettwaw id-drittijiet tal-isportivi sa...

Il-Qorti tal-Ġustizzja fid-dinja diġitali

L-użu dejjem jikber ta’ servizzi online ġab miegħu sfidi ġodda, speċjalment fejn jidħlu l-privatezza u l-protezzjoni tal-informazzjoni. Dan il-video jispjega kif deċiżjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja ...

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Garanzija tad-drittijiet tal-konsumaturi UE

L-UE tfittex li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi, u adottat ħafna liġijiet intiżi li jagħmlu proprju dan. Xi kultant, però, ir-regoli jkollhom bżonn li jiġu kkjarifikati. Hawn tidħo...

Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-post tax-xogħol – Ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema

Il-post tax-xogħol huwa biss wieħed mill-eżempji fejn id-dritt tal-UE għandu impatt fuq il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE. Dan il-video qasir jispjega xi wħud mid-deċiżjonijiet prinċipali tal-Qorti tal-Ġu...

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Garanzija ta’ trattament ugwali u ħarsien tad-drittijiet tal-minoranzi

Matul l-istorja tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sostniet it-trattament ugwali tal-irġiel u tan-nisa, u infurzat regoli antidiskriminazzjoni sabiex tiżgura li kulħadd jiġi ttrattat l-...

Multilingwiżmu fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE – Garanzija ta’ aċċess ugwali għall-ġustizzja

Il-multilingwiżmu huwa element fundamentali ta’ kif taħdem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Dan il-video jispjega għaliex u kif il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ taħdem effiċjentement b’24 lingw...

Il-Ġurisprudenza fundamentali tal-Qorti tal-Ġustizzja – Garanzija ta’ Liġi effettiva għaċ-Ċittadini

Permezz tad-deċiżjonijiet tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għamlet id-dritt tal-UE iktar effettiv, u saħħet id-drittijiet taċ-ċittadini. Dan il-video qasir jispjega kif 3 mis-sentenzi...

X’għamlet għalija l-Qorti tal-Ġustizzja?

Il-Qorti tal-Ġustizzja, f’iktar minn 25 000 deċiżjoni s’issa, qatgħet kwistjonijiet fuq firxa wiesgħa ta’ suġġetti li jaffettwaw il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE. Hawn naraw ftit eżempji ta’ kif is-sente...

Kif il-Qorti tal-Ġustizzja tipproteġi d-drittijiet taċ-ċittadin

Ir-rwol tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea huwa li tiżgura li d-dritt tal-UE jiġi osservat fl-UE kollha. Dan il-video jispjega l-modi differenti ta’ kif tista’ titressaq kawża quddiem il-Qorti...

Il-Proċedura għal Deċiżjoni Preliminari – Djalogu mal-Qrati Nazzjonali

Ir-rinviji għal deċiżjonijiet preliminari huma l-fundament tas-sistema legali tal-Unjoni Ewropea. Meta l-qrati nazzjonali japplikaw direttament id-dritt tal-UE, din il-proċedura tippermettilhom jivver...

Il-Qorti Ġenerali – Garanzija li l-Istituzzjonijiet tal-UE josservaw il-liġi tal-UE

Il-Qorti Ġenerali, waħda miż-żewġ qrati li jikkomponu l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tiżgura li l-UE tosserva r-regoli tagħha stess u tibqa’ organizzazzjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt. D...

Għalfejn teżisti l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija l-organu ġudizzjarju tal-Unjoni Ewropea. Ir-rwol tagħha huwa li tiżgura li l-liġijiet tal-Unjoni Ewropea jiġu osservati mill-istituzzjonijiet u mill-Ista...