Żviluppi fil-futur qarib għall-magna ta’ tfittxija InfoCuria

Interface avvanzata, inkluża formola ta’ tfittxija avvanzata b’kriterji multipli, ser titnieda fir-rebbiegħa 2026.

Fit‑12 ta’ Jannar 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea nediet verżjoni ġdida tal-magna ta’ tfittxija InfoCuria tagħha.

Din hija intiża għal utenti ġeneriċi u ser tipprovdihom b’għodda ċara, intuwittiva u unifikata sabiex jaċċedu l-kawżi, id-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet pendenti, kif ukoll il-kontenut editorjali tas-sit internet.

Sabiex jintlaħqu l-bżonnijiet speċifiċi tal-professjonisti legali, verżjoni b’interface avvanzata permezz ta’ formola ta’ tfittxija b’kriterji multipli qiegħda tiġi żviluppata bħalissa u ser tkun disponibbli dalwaqt. Din il-formola ser tippermetti tfittxijiet iktar immirati bbażati fuq il-kriterji li ġejjin:

  • Qorti
  • Stat tal-kawża
  • Numru tal-kawża
  • Isem il-kawża
  • Tfittxija fit-test
  • Data tal-preżentata jew tal-għeluq tal-kawża
  • Tip ta’ dokument u data
  • Leġiżlazzjoni jew ġurisprudenza ċċitata (mingħajr numru CELEX, billi tuża metodu iktar intuwittiv sabiex tiddaħħal il-kelma għat-tfittxija)
  • Sors tad-domanda għal deċiżjoni preliminari
  • Tip ta’ proċedura u riżultat
  • Lingwa tal-kawża
  • Kulleġġ ġudikanti
  • Imħallef Relatur
  • Avukat Ġenerali

Din il-formola bi kriterji multipli għandha titqiegħed fil-produzzjoni fir-rebbiegħa tal‑2026.

Din imbagħad ser tiġi aġġornata abbażi ta’ kriterji addizzjonali, inklużi:

  • Suġġett
  • Repertorju tal-ġurisprudenza
  • Dispożizzjonijiet legali nazzjonali
  • Dispożizzjonijiet legali internazzjonali
  • Deċiżjonijiet nazzjonali sussegwenti u d-data ta’ dik id-deċiżjoni
  • Numru ECLI
  • Lingwa tal-konklużjonijiet
  • Pubblikazzjoni fil-Ġabra

Fil-futur qarib, sabiex tottimizza t-tfittxijiet bil-verżjoni attwali, li tinkludi ħafna titjib u karatteristiċi ġodda, nistiednuk tikkonsulta l-FAQ u l-pariri għat-tfittxija tagħna.

Ara wkoll