InfoCuria aġġornament

Aġġornamenti l-iktar reċenti ta’ InfoCuria. Ġew implimentati aġġornamenti u l-aċċess għall-formola tradizzjonali ta’ tfittxija avvanzata ġie stabbilit mill-ġdid. Sensiela ta’ video tutorials hija issa disponibbli wkoll bħala għajnuna għall-utenti biex jitgħallmu jużaw l-għodda l-ġdida.

Aġġornamenti u Tfittxija avvanzata

B’teħid inkunsiderazzjoni tal-feedback mill-utenti, saru diversi bidliet matul l-aħħar ftit ġimgħat biex titjieb l-esperjenza tal-utent. Dawn jinkludu:

  • Iffiltrar skont ir-rilevanza huwa issa l-kriterju ta’ ffiltrar prestabbilit fit-tabs “Kawżi” u “Konklużjonijiet u deċiżjonijiet”
  • Il-filtri għall-għażliet saru iktar viżibbli fil-paġni tar-riżultati u fil-formola ta’ tfittxija fil-paġna ewlenija
  • Titjib fl-ifformattjar tad-dokumenti fit-tieqa tal-previżwalizzazzjoni
  • Sentenzi b’perspettiva ta’ skrin sħiħ jistgħu issa jiġu stampati iktar faċilment bħala dokumenti pdf
  • ll-problema tal-impossibbiltà li tikkopja u twaħħal minn ċerti dokumenti, ġiet solvuta.

Minbarra dan, il-formola tradizzjonali ta’ tfittxija saret disponibbli fit‑23 ta’ Frar u l-aċċess għaliha jsir permezz tal-buttuna ta’ “Tfittxija Avvanzata” fl-interface InfoCuria.

Video Tutorials

Sensiela ta’ tutorials hija issa disponibbli wkoll.

Is-sitt tutorials jagħtu ħarsa ġenerali tal-interface l-ġdida tal-magna ta’ tfittxija u juru kif issir:

  • Tfittxija ta’ kawża bin-numru tal-kawża
  • Tfittxija ta’ kawżi fuq suġġett speċifiku
  • Tfittxija f’kawżi pendenti
  • Tfittxija ta’ kawżi dwar dispożizzjoni legali speċifika
  • Tfittxija bil-funzjoni ta’ tfittxija ta’ test.

Il-videos huma disponibbli fit-taqsima “Tutorial Videos” ta’ Curia Web TV.

Għalissa dawn it-tutorials huma disponibbli bl-Ingliż biss. Verżjonijiet lingwistiċi oħra ser jiġu miżjuda fil-jiem li ġejjin hekk kif isiru disponibbli.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tixtieq tirringrazzja lill-utenti kollha li taw feedback fl-aħħar ftit ġimgħat. Dan jinkludi bżonnijiet speċifiċi u suġġerimenti ergonomiċi. InfoCuria huwa prodott evoluttiv u l-verżjoni li tmiss ser tkun disponibbli fir-rebbiegħa, għal iktar informazzjoni ara Żviluppi fil-futur qarib għall-magna ta’ tfittxija InfoCuria.

Ara wkoll