Il-Panorama tas-Sena – ippubblikat ir-Rapport Annwali 2025

Fi*-24 ta’ Marzu 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ppubblikat “Il-Panorama tas-Sena”, ir-Rapport Annwali tagħha għall‑2025.

Din il-pubblikazzjoni tippreżenta l-attivitajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-iktar ġurisprudenza importanti tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali mis-sena li għaddiet.

Ir-Rapport Annwali fih ħarsa ġenerali lejn l-avvenimenti ewlenin tas-sena, statistika dwar il-ħidma taż-żewġ qrati u “Focus fuq il-ġurisprudenza”, taqsima li toffri sunti ċari u komprensivi tal-kawżi ewlenin tas-sena. Ir-Rapport jinkludi wkoll il-kontribuzzjonijiet tal-Presidenti taż-żewġ qrati, tal-Viċi President tal-Qorti Ġenerali u tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, li jirriflettu fuq l-evoluzzjoni u l-kisbiet ta’ kull qorti u tal-Istituzzjoni kollha kemm hi.

Ir-Rapport għalissa huwa disponibbli fil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Ingliż fit-taqsima “Rapport Annwali” tas-sit. Lingwi oħra ser jiżdiedu hekk kif ikunu disponibbli.