Finali tal-European Law Moot Court tal 2026

Il-finali Ewropea tal-Kompetizzjoni European Law Moot Court tal‑2026 (ELMC), l-ikbar kompetizzjoni moot court fuq id-dritt tal-Unjoni fid-dinja, ser issir nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ April, fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Din il-kompetizzjoni bilingwi, Franċiż-Ingliż, ser tlaqqa’ wħud mill-istudenti l-iktar intelliġenti fid-dritt tal-Unjoni u tixħet dawl fuq il-valuri tal-Unjoni Ewropea. Il-finali ilha ssir fil-Qorti tal-Ġustizzja sa mill-1991 u tagħti lill-istudenti opportunità unika li jittrattaw quddiem imħallfin mill-istituzzjoni ġudizzjarja ewlenija tal-UE.

Il-kompetizzjoni hija tassew globali, inkwantu jieħdu sehem fiha studenti mid-dinja kollha. Il-kompetizzjoni ta’ din is-sena, ta’ min wieħed jgħid, ħadu sehem fiha universitajiet minn Lviv (l-Ukraina), Baku (l-Azerbajġan), Toronto (il-Kanada), Chicago (l-Istati Uniti) u minn ħafna pajjiżi oħra. Iktar minn 90 tim universitarju ħadu sehem fil-fażi bil-miktub. L-aqwa 48 tim għaddew għall-fażi orali, li saret fi Frar fi Bratislava, Bukarest u Budapest.

Nhar il-Ġimgħa, Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali ser jiġġudikaw it-tmien timijiet anonimizzati li rebħu l-erba’ finali reġjonali, billi, filwaqt li l-istudenti jagħmlu l-argumenti tagħhom, jagħmlulhom mistoqsijiet bil-Franċiż u bl-Ingliż.

Il-programm tal-finali Ewropea tas‑17 ta’ April ser jinkludi

  • Żewġ semifinali: mid-9 am sas-1 pm
  • Il-Gran Finali Ewropea: mis-2 pm sal-4:30 pm

Il-Gran Finali Ewropea ser tixxandar live u tista’ tiġi segwita fuq

Għal iktar informazzjoni dwar il-Kompetizzjoni European Law Moot Court, inkluż informazzjoni fuq kif wieħed jista’ jieħu sehem fiha, żur is-sit tagħhom.