Rinviju għal deċiżjoni preliminari
| Definition |
Rinviju għal deċiżjoni preliminari jsir meta qorti nazzjonali tagħmel domandi lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE dwar kif għandu jiġi interpretat id-dritt tal-Unjoni jew jekk liġi tal-UE tkunx valida jew le. Il-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb dawn id-domandi u hekk tgħin lill-imħallef nazzjonali japplika d-dritt tal-Unjoni b’mod korrett u konsistenti. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja hija “preliminari” għaliex ma tiddeċidix il-kawża. Huwa l-imħallef nazzjonali li jiddeċiedi l-kawża b’mod definittiv u dan billi japplika d-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
| See also | |
| Glossary |
