Konferenza għall-istampa annwali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-2026
Nhar il-Ħamis 4 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ospitat il-konferenza għall-istampa annwali tagħha fil-bini tagħha fil-Lussemburgu. Il-konferenza tmexxiet minn Koen Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, u minn Marc van der Woude, President tal-Qorti Ġenerali.
Għall-avveniment kienu preżenti rappreżentanti għall-istampa u dan ipprovda lill-Membri tal-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità kemm li jinteraġixxu mal-ġurnalisti u mal-professjonisti tal-media kif ukoll li jwieġbu l-mistoqsijiet tagħhom.
Il-konferenza ta’ din is-sena kienet iffokata, b’mod partikolari, fuq is-suġġetti tal-Istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet fundamentali bħala pilastri ċentrali tal-integrazzjoni Ewropea. Il-programm kien jinkludi wkoll panorama tal-attivitajiet tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-ġurisprudenza sinjifikattiva tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali għas-sena li għaddiet (għal iktar dettalji ara l-Panorama tas-Sena).
Il-konferenza għall-istampa annwali hija parti mill-isforz kontinwu tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tippromwovi t-trasparenza u sabiex issaħħaħ l-għarfien tal-pubbliku dwar ix-xogħol tal-Qrati tal-Unjoni Ewropea.
