Seduti: Kawżi C-358/24 Varo Energy Belgium et, C-533/24 Vermilion Energy Ireland u C-153/25 Acea Produzione et

It-Tlieta, 9 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja ser tisma’ l-Kawżi C‑358/24, Varo Energy Belgium et, C‑533/24 Vermilion Energy Ireland u C‑153/25, Acea Produzione et.

Dawn il-kawżi jikkonċernaw ir-rispons ta’ emerġenza tal-Unjoni għall-kriżi tal-enerġija wara l-invażjoni tal-Ukraina mir-Russja. Sabiex tiġi indirizzata ż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija, ir-Regolament (UE) 2022/1854 introduċa kontribuzzjoni ta’ solidarjetà temporanja, jiġifieri taxxa eċċezzjonali fuq il-profitti eċċessivi tal-kumpanniji fis-setturi tal-kombustibbli fossili u tal-enerġija. L-impriżi fis-settur tal-enerġija fil-Belġju, fl-Irlanda u fl-Italja jikkontestaw, fil-livell nazzjonali, il-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament, filwaqt li l-impriżi Irlandiżi jikkontestaw ukoll il-validità tar-Regolament innifsu.

Il-qrati Belġjani, Irlandiżi u Taljani talbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar il-validità u l-interpretazzjoni tar-Regolament, kif ukoll dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni mad-dritt tal-Unjoni.

Dawn is-seduti ser ikunu disponibbli fit-taqsima Curia Web TV tas-sit internet tagħna ladarba dawn ikunu ntemmu.

Fil-video hawn taħt, uffiċjal għall-istampa tal-Qorti tal-Ġustizzja jagħti ħarsa ġenerali lejn il-fatti tal-kawżi u l-kwistjonijiet legali inkwistjoni.