Sentenza: C-188/24 WebGroup Czech Republic u NKL Associates u C-190/24 Coyote System

It-Tlieta 16 ta’ Ġunju 2026, il-Qorti tal-Ġustizzja tat is-sentenza tagħha fil-Kawżi magħquda C‑188/24 WebGroup Czech Republic u NKL Associates u C‑190/24 Coyote System.

F’din il-kawża, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk Stat Membru jistax jimponi restrizzjonijiet fuq servizzi diġitali pprovduti minn Stat Membru ieħor u taħt liema kundizzjonijiet l-operaturi ta’ dawn is-servizzi jistgħu jinżammu responsabbli għall-informazzjoni li huma jaħżnu u jxerrdu.

Sabiex tipproteġi l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika, il-leġiżlazzjoni Franċiża tirrestrinġi ċerti servizzi diġitali. B’mod partikolari:

  • tobbliga lill-operaturi ta’ siti pornografiċi jistabbilixxu sistemi ta’ verifika tal-età sabiex jipproteġu lill-minuri
  • tipprojbixxi t-tixrid mill-ġdid ta’ informazzjoni dwar ċerti kontrolli fit-toroq, u b’hekk tillimita s-servizzi ta’ għajnuna għas-sewqan

WebGroup Czech Republic u NKL Associates, li joperaw siti pornografiċi, u Coyote System, fornitur ta’ servizzi ta’ għajnuna għas-sewqan, ikkontestaw dawn il-miżuri. Huma jsostnu li l-leġiżlazzjoni tikser il-prinċipju ta’ “pajjiż ta’ oriġini” stabbilit fid-Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku, li jipprovdi li s-servizzi li jaqgħu taħt il-“qasam ikkoordinat” huma rregolati mid-dritt tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur. Il-Conseil d’État Franċiż adixxa lill-Qorti tal-Ġustizzja b’din il-kwistjoni.

Fil-video qasir li ġej, Thomas van Danwitz, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, jispjega s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn il-kawżi. Is-sottotitoli huma disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea u jistgħu jiġu attivati billi tikklikkja fuq l-ikona “Sottotitoli”.

Tista’ tikkonsulta wkoll l-istqarrija għall-istampa għal iktar informazzjoni.